Daħla » Ġenerali » A NIGHT AT THE THEATRE

A NIGHT AT THE THEATRE

SPETTAKLU MILL-ORKESTRA TAL-PBS

Bil-kunċert inawgurali  A NIGHT AT THE THEATRE  l-Orkestra ġdida tal-Public Broadcasting Services ser toffri spettaklu ta’mużika u kant mill-aktar musicals popolari.
L-ispettaklu ser jittella’s-Sibt 1 ta’Novembru fit-8pm fl-MFCC ta’ Qali.
L-orkestra tal-PBS  ser tinterpreta għażliet mill-musicals The Phantom of the Opera, Grease. Evita, u Masquerade.
Il-kantanti kollha flimkien mal-kor fl-aħħarnett jingħaqdu bl-interpretazzjoni ta’ One More Day mill-musical Les Miserables bis-sehem ta’ wħud fost l-aqwa kantanti lokali.
Il-magħruf vjolinista  George Curmi Il-Puse’ se jesegwixxi l-famuża Fiddler on the Roof.
orkes
Is-surmastrijiet Paul Abela u Joe Brown ser jalternaw fid-diversi esekuzzjonijiet vokali u mużikali waqt li d-direttur artistiku Frederick Testa huwa responsabbli mill-ispettaklu kollu.
Fost il-kantanti li ser jieħdu sehem hemm insibu lil Roger Tirazona, Georgina, Ryan Abela, Nadia u Marta Vella, Renato, Luke Dalli, Tiziana Calleja, Francesco Nicodeme, Eleonor Spiteri, Joseph Zammit, flimkien ma’ kor tat-tfal.
Renato u Georgina ser ikantaw ukoll is-silta Isbaħ Ħanini minn Taħt Tliet Saltniet.
night2
L-ispettaklu ta’ kant u żfin jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali aktar ‘íl quddiem.
Il-Booking huwa miftuħ minn tvm.com.mt.

(639)

  
Awtur Frederick Zammit