Daħla » Televiżjoni » NET » Aktar tagħrif siewi għall-għarajjes waqt “Se Niżżewġu”

Aktar tagħrif siewi għall-għarajjes waqt “Se Niżżewġu”

Il-kunċett tal-photobooth, ix-xagħar u l-libsa tal-għarusa, il-karozzi tat-tieġ, il-cocktails, il-kejk tat-tieġ, il-ġojjelli, il-moda u l-kunċett tal-photo booth huma lkoll fatturi importanti li se jiddiskuti l-programm “Se Niżżewġu”, nhar il-Ħadd li ġej fuq Net TV bejn l-10.45am u n-12.30pm

Bi preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, minbarra l-informazzjoni, ikun hemm ukoll il-mużika bil-parteċipazzjoni ta’ Spiteri Lucas Band u l-kantant Neville Refalo.

Dr. Geraldine Baldacchino tagħti tagħrif siewi dwar il-proċeduri kollha involuti f’tieġ ċivili u unjoni ċivili.

Il-programm se joffri wkoll iċ-ċans lil kulmin jipparteċipa permezz ta’ SMS li jirbaħ rigali sbieħ.

  (464)

  
Awtur Frederick Zammit