Daħla » Mużika » Album ġdid minn Firelight

Album ġdid minn Firelight

Il-grupp Firelight se jkun qiegħed iniedi album ġdid fil-ġranet li ġejjin.

IMG_1783

Backdrop of Life se jinkludi 11-il silta mużikali nkluż is-silta Coming Home li biha rrapreżentaw lil Malta fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Insibu wkoll is-silta Talk Dirty li se tkun ukoll is-single li jmiss.

It-tnedija se tkun imwassla permezz ta’ programm speċjali nhar l-Erbgħa 24 ta’ Settembru fuq TVM fis-19.20 b’ripetizzjoni dakinhar stess fid-20.40 fuq TVM 2.

IMG_1791

L-album se jkun jista jinkiseb minn D’Amato kif ukoll minn Amazon u iTunes.

Fl-istess jum tat-tnedija Firelight se jkunu qed jibdew it-tour promozzjonali tagħhom fil-Ġermanja permezz ta’ wirja waqt l-Oktoberfest fi Munich. Dan minbarra intervisti li hemm skedati fuq stazzjonijiet televiżivi u ta’ Radju fil-Ġermanja.

Firelight għandhom ukoll sit uffiċjali http://www.firelightofficial.com/

(513)

  
Awtur Frederick Zammit