Daħla » Ġenerali » Bazaar tal-Milied – organizzat mill-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara

Bazaar tal-Milied – organizzat mill-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara

Il-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara ser torganizza bazaar kbir tal-Milied bejn is-Sibt 22 ta’ Novembru u l-Ħadd 30 ta’ Novembru.  
Fih wieħed jista’ jsib jixtri kull tip ta’ ħelu, pjanti, tiżjin tal-Milied, kotba, fajjenza u diversi oġġetti oħra, bi prezzijiet vantaġġjużi.  Huwa ideali ferm biex wieħed ikun jista’ jagħmel ix-xiri tiegħu qabel jibda’ x-xahar tal-Milied.
Dan il-bazaar ser jittella’ fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara.  Jiftaħ kuljum mid-9.00 a.m. sal-11.30 a.m. u mill-5.00 p.m. sas-7.30 p.m.
 

(1014)

  
Awtur Frederick Zammit