Daħla » Televiżjoni » Canale 5 » Beautiful: Ridge ma’ jridx imiss ma’ Brooke

Beautiful: Ridge ma’ jridx imiss ma’ Brooke

L-Erbgħa 3 ta’ Settembrucanale5

Beautiful (fis-1.40pm)

Fl-ewwel puntata għal-lum Ridge u Brooke jitbewwsu izda hu jieqaf ħesrem għax ma jistax jinsa’ l-fatt li hi kienet ma’ Bill. Intant Bill jiftaħ qalbu ma’ Caroline u jistqarr kemm jissobiegħ li weġġa’ lil Katie.

beautiful3

Fit-tieni puntata Ridge jistqarr ma’ Brooke li ma jistax jaċċetta ‘l fatt li hi kienet marret ma’ Bill. Għalhekk hu jirrifjuta li jqatta’ l-lejl magħha u jmur jiftaħ qalbu ma’ Katie. Intant Bill mhuwiex lest li jċedi u jitlef lil Btooke. (456)

  
Awtur Frederick Zammit