Daħla » Televiżjoni » NET » BIG TIME: 13 – 17 Ottubru

BIG TIME: 13 – 17 Ottubru

Francesca Zarb u Maxine Pace jippreżentaw aktar programmi minn BIG TIME fuq Net mit-Tnejn sal-Ħamis fl-16.05
It-Tnejn 13 ta’ Ottubru

Francesca u Maxine ikomplu jwasslulna aktar informazzjoni flimkien ma’ Jurgen Borg wieħed mill-mistiedna residenti li jkellimna dwar teknoloġija. Waqt Big Time tal-lum se noħorġu barra mill-istudio u ningħaqdu mal-producer  tal-programm Mark Azzopardi f’intervista mal-plejer internazzjonali Malti Rowen Muscat.  Big Time fl-16.05 fuq NET.

It-Tlieta 14 ta’ Ottubru

Rita Ora, Gigi d’Alessio, Leona Lewis, u LMFAO huma fost il-personalitajiet famużi li rnexxilha tiltaqa’ magħhom Christabelle Borg li se tkun waħda mill-mistiedna f’Big Time illum. Niltaqgħu ukoll mal-artisti Angelique Attard u Charlene Muscat. Big Time fis-16.05 fuq NET ma’ Maxine u Francesca.

IMG_0467

L-Erbgħa 15 ta’ Ottubru

Karl Bonnici, mudell, u rebbieħ ta’ diversi unuri fil-qasam tal-moda se jkellimna waqt Big Time dwar l-esperjenza tiegħu f’dan is-settur kif ukoll dwar esperjenzi oħra li għadda minnhom.  Nitkellmu wkoll ma’ Ian Vassallo li huwa padoloġista u se jkellimna dwar li għandna nagħmlu biex nikkuraw saqajna wara s-Sajf. Dan u ħafna aktar waqt Big Time fl-16.05 fuq NET.

Il-Ħamis 16 ta’ Ottubru

Waqt Big Time tal-lum se nitkellmu ma’ l-ex Mr. World Malta Robert Galea dwar Tough Muddler, avventura li hu għamel dan l-aħħar flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ Maltin oħra. Nisimgħu ukoll aktar kurżitajiet u episodji li ġraw bal-lum fis-snin li għaddew.

IMG_0629

 

(541)

  
Awtur Frederick Zammit