Daħla » Ġenerali » BIZZILLA: CD folkloristiku minn Christabelle Curmi

BIZZILLA: CD folkloristiku minn Christabelle Curmi

Christabelle Curmi għadha kemm nidiet CD ġdida bl-isem ta’ Bizzilla li hu ġabra ta’ kanzunetti folkloristiċi Maltin.

IMG_0690

Bizzilla hu magħmul minn 15-il kanzunetta, l-ewwel tnax huma kollha kanzunetti popolari ta’ diversi kompożituri u awturi Maltin fosthom Frank O’Neil, New Cuorey u Freddie Portelli, u l-aħħar tlett kanzunetti, li huma ‘bonus tracks’ huma kanzunetti oriġinali ta’ kompożituri u awturi Maltin li l-kantanta ipparteċipat bihom fl-Għanja tal-Poplu, u li wkoll flimkien ma’ Frank O’Neil ġew it-tieni post darbtejn.

Ir-‘recording’ tal-ewwel 12-il kanzunetta ġew irrekordjati kollha ‘live’ fl-istudio ta’ Freetime Productions, b’arranġament tal-mużiċisti stess li huma Ernest Caruana (mandolina), Kevin Spiteri u Mario Gambin (kitarri), Karen Camilleri (accordion) u Robert Calleja (flawt).

Dan is-CD jista jinkiseb minn D’Amato kif ukoll dirett mingħand il-kantanta.

IMG_0688 (1006)

  
Awtur Frederick Zammit