Daħla » Televiżjoni » Canale 5 » Centovetrine – ikompli għall-15-il sena

Centovetrine – ikompli għall-15-il sena

Il- puntati l-ġodda ta’ Centovetrine jaslu fuq Canale 5 mit-Tnejn 15 ta’ Settembru. Dawn il-puntati jdaħħluna fil-15-il sena ta’ din is-sensiela fejn mhux se jonqsu stejjer li se jolqtu mill-qrib lit-telespettaturi u segwaċi leali ta’ din is-soap opera Taljana.

cento1

Fil-puntati l-ġodda tispikka l-ġlieda għall-presidenza tal-Holding u għal darb’oħra Carol Grimani se tkun qed timmanipula kull sitwazzjoni sabiex tikseb dak kollu li hi tixtieq. Fil-mira tagħha tibqa’ l-familja Castelli u l-azzjonijiet diaboliċi tagħha se jkunu assistiti din id-darba minn karattru ġdid,  Rowena Fassbinder (interpretata minn Cristina Moglia, li nibdew narawha mis-16 ta’ Ottubru).

Ettore Ferri (Roberto Alpi) hu l-karattru li kulħadd irid li jkollu qrib tiegħu u miegħu se jġib lin-neputi affaxxinanti Vincent Saint Germain (interpretat minn Alessandro Cosentini, mit-Tnejn 29 Settembre). Flimkien ma’ Sebastian Castelli, jissielet biex ma jitlifx il-kontroll tal-Holding.                                                                                                                                                                              

cento2 

Ma’ Vincent tasal ukoll is-sabiħa Penelope Diamanti (Beatrice Aiello mill-Ħamis 16 Ottubru), li bl-għajnuna ta’ Ettore tiftaħ ukoll i9n-negozju tagħha.

CedricSaint Germain (Enrico Lo Verso) hu mingħajr skrupli u lest għal kollox, anki jekk hi l-familja li se tpatti għal għemilu. Martu Emma (Galatea Ranzi) issib mill-ġdid lil binha utibda tiskopri mill-ġdid il-lat matern tagħha.

cento3

Għal Sebastian (Michele D’Anca) se jitfaċċa wiċċ mill-imgħoddi. Alba Boneschi interpretata minn Anna Favella (mit-Tnejn 13 ta’ Ottubru), assistenta soċjali li fil-fatt ikollha d-demma tal-familja Castelli.

Laura Beccaria (Elisabetta Coraini) tkompli tiffaċċja bosta sitwazzjonijiet izda qatt ma hi lesta li tinzel għall-ebda kompromess.

Fiamma (Caterina Misasi)  u Jacopo (Alex Belli) jinkurunaw imħabbithom izda l-bidu xejn ma hu faċli. Anki Viola (Barbara Clara) u Brando (Aron Marzetti) jkollhom jiffaċċjaw prova importanti fl-istorja tagħhom.

cento 4

Cecilia (Linda Collini ) u Damiano (Jgor Barbazza) jagħmlu ħilithom biex jaddottaw liċ-ċkejken Milo izda jiffaċċjaw realta oħra meta jiskopru li missier Milo hu Marcello Colombo, interpretat minn Gabriele Greco, mit-Tnejn 27 ta’ Ottubru. Marcello hu ex-plejer tas-Serie A, li m’għandu l-ebda intenzjoni li jerfa’ r-responsabilitajiet tiegħu.

Il-puntati l-ġodda ta’ Centovetrine fuq Canale 5 mit-Tnejn 15 ta’ Settembru fis-2.10pm, ezatt wara Beautiful.

(Ritratti: Mediaset)

 

  (528)

  
Awtur Frederick Zammit