Daħla » Ġenerali » ĊERIMONJA U QUDDIESA BIS-SEHEM TAS-SOĊJETA’ MUŻIKALI MADONNA TAL-GILJU – MQABBA

ĊERIMONJA U QUDDIESA BIS-SEHEM TAS-SOĊJETA’ MUŻIKALI MADONNA TAL-GILJU – MQABBA

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Diċembru 2014, jum il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba fid-9:15am, is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza ċerimonja fejn il-membri tad-diversi kummissjonijiet fi ħdanha ser ipoġġu kuruni tal-ward f’riġlejn il-monument tal-Madonna tal-Ġilju li jinsab fil-Bypass tal-Imqabba. Ikun hemm ukoll mumenti ta’ talb immexxijin mill-W.R. Dun John Curmi, Kappillan tal-Parroċċa.
Wara, l-istess fergħat ser jieħdu sehem waqt Quddiesa tal-10:00am fil-Knisja Parrokkjali ta’ l-Imqabba bħala ringrazzjament lil Alla u lil Marija ta’ din is-sena ta’ ħidma. Immedjatament wara, ssir ċerimonja simbolika ġewwa l-Kumpless tan-Nar Madonna tal-Ġilju fl-okkażjoni tal-egħluq taċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru il-50 sena anniversarju mill-inawgurazzjoni u t-tberik tal-istess kumpless li jinsab f’Ta’ Kandja, limiti tal-Imqabba.
Fil-5.00pm, toħroġ il-Purċissjoni Solenni bl-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

 

(542)

  
Awtur Frederick Zammit