Daħla » Mużika » Eurovision » DANIEL TESTA: It-Tnejn 27 ta’ Ottubru fuq Radju Malta 2

DANIEL TESTA: It-Tnejn 27 ta’ Ottubru fuq Radju Malta 2

Daniel testa se jkun il-mistieden ta’ Frederick Zammit fuq Radju Malta 2 nhar il-Tnejn 27 ta’ Ottubru.

Daniel se jkunu qed jieħu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Eurovision Song Contest li se jsir fil-Malta Ship Building fil-Marsa nhar il-21 u 22 ta’ Novembru.

Eurovision-Tickets-300x223

Matul il-programm li jixxandar bejn it-08.30 u l-10am Daniel Testa jitkellem ma’ Frederick Zammit dwar il-karriera tiegħu, inkluż meta ħa sehem fil-Junior Eurovision bil-kanzunetta Junior Swing, kif ukoll dwar il-kanzunetta li biha se jipparteċipaw Something In The Way, li wkoll se tkun qiegħda tindaqq.

Il-kantanti kollha fl-edizzjoni li jmiss tal-Malta Eurovision Song Contest se jkunu mistiedna waqt Filgħodu ma Frederick Zammit, kif ukoll waqt DanUSan fuq Radju Malta u l-breakfast show ma’ Carlo Borg Bonaci fuq Magic Malta.

Se jkunu qed jidhru wkoll fuq il-programmi TVAM u TVPM fuq TVM.

Il-vidjos kollha jixxandru qabel l-aħbarijiet tas-6pm u dawk qabel jew wara tat-8pm fuq TVM.

RADJU MALTA 2 jxandar fuq il-frekwenza 105.9fm jew live stream fuq

http://www.tvm.com.mt/radio/radju-malta-2/

  (696)

  
Awtur Frederick Zammit