Daħla » Televiżjoni » NET » Elletv: Is-Sibt 15 ta’ Novembru

Elletv: Is-Sibt 15 ta’ Novembru

Fuq Net, fil-530pm
 
Il-programm dwar il-moda u d-dinja tan-nisa.
 
Fil-programm tas-Sibt 15 ta’ Novembru ser ikollna tema marbuta mal-ballu tal-gradwazzjoni. Nafu li dan huwa ż-żmien li ħafna mill-istudenti jiċċelebraw is-suċċess tagħhom; iż-żmien li jippreparaw għal ħafna parties fosthom il-ballu tal-gradwazzjoni.
Infatti, l-iktar okkazzjoni speċjali għall-istudenti huwa preċiż il-ballu, fejn naraw lin-nisa libsin ilbies formali, u fejn kulħadd jidher l-aħjar possibbli.
Għalhekk, it-tijm espert ta’ Elle ser jagħtukom ideat dwar kif għandkom tippreparaw għal din l-okkazzjoni.
photo-4
Is-Sibt li ġej ser nibdew bix-xagħar, fejn Joe Briffa minn Hairoscope ser jagħmel up-style sabiħ fuq il-mudella tagħna, u wara naraw lil Claire minn Madame Marie Health and Beauty Salon, li ser turina l-istil ta’ make-up li jmur għal din l-okkazzjoni.
photo-9
 
Tippreżenta: Thea Saliba.
 

  (732)

  
Awtur Frederick Zammit