Daħla » Ġenerali » “Esperjenza li se titnaqqax fl-istorja ta’ La Voix Academy” – Gillian Attard

“Esperjenza li se titnaqqax fl-istorja ta’ La Voix Academy” – Gillian Attard

Gillian Attard tkompli tmexxi b’suċċess il-La Voix Acadmey hekk kif aktar kantanti ġodda jiksbu opportunitajiet u suċċessi barra minn Malta. LimelightMalta.com tkellmet ma’ Gillian Attard dwar dan u aktar…
Gillian, konna ilna ma nisimgħu bik fix-xena tal-mużika iżda mbagħad f’daqqa waħda bdejn nisimgħu b’kantanti ġodda li bdew jiksbu suċċessi f’festivals barrannin. Lejn xix kien attribwit il-perjodu ta’ assenza tiegħek?
Fil-verità, meta noqgħod naħseb fuqha, il-perjodu t’assenza tiegħi lanqas jista jisejjaħ hekk, għaliex ir-raġuni wara l-perjodu kwiet tiegħi kien li niftaħ skola tal-kant, bil-għan li nippromovi t-talent Malti, li huwa kbir! Kien hawnhekk li nibtet l-idea ta’ La Voix Academy, l-iskola li llum imexxi flimkien ma tim dedikat u professjonali għall-aħħar.
Rajna tfal Maltin fuq programm televiżivi Taljani. Konna forsi naħsbu qabel li din xi ħaġa diffiċċli li ssir iżda għamilt l-impossibbli f’possibbli. Kif ġraw l-affarijiet?
 It-talent huwa fattur verament importanti sabiex wieħed jirnexxi fl-industrija iżda wieħed għandu jagħraf diversi elementi, fosthom il-kuntatt u r-relazzjoni. Mingħajr għaġna ta’ dawn l-affarijiet flimkien, huwa impossibli li wieħed ssib suċċess.
Illum il-ġurnata int omm u fl-istess waqt għandek ħafna tfal ta’ ħaddieħr taġt il-ħarsien tiegħek. Kif jirnexxielek tibbilanċja l-ħin tiegħek?
Huwa importanti li fil-ħajja ssib ħin għal kollox. Qatt ma niddejjaq ngħid li Paul, l-għarus tiegħi u Beppe, ibni huma ħajti. Il-ħajja tiegħi tirrivolvi madwarhom u huma ta’ għajnuna kbira fix-xogħol tiegħi. Flimkien ma’ diversi nies, li jieħdu ħafna paċenzja bija, jirnexxieli nqassam il-ġranet.
10603344_10152326317738036_6150784668209423352_n
Gaia Cauchi kisbet suċċess kbir fil-Junior Eurovision u issa se naraw dan l-ispettaklu organizzat f’pajjiżna. Imma meta tħares lura x’kienu l-ewwel impressjonijiet tiegħek ta’ Gaia meta ltqajt magħha l-ewwel darba?
Iż-żmien itir u niftakar li l-ewwel darba li rajt lil Gaia, rajt tfajla b’ċerta maturità li mhux dejjem issibha f’kull artist. Xtaqt nismaha tkanta u hekk kif smajt l-ewwel noti, kont naf li d-destin kien se jirregalaha lil din it-tfajla, b’ħafna u ħafna suċċessi.
Minbarra Gaia hemm kantanti oħra li jinsab mixjien il-quddiem u ksibu riżultati tajbin barra minn Malta. Forsi ssemmi xi ftit minnhom….
Huwa impossibli li nsemmi lil kulħadd, iżda naħseb huwa importanti li l-lenti bħalissa ddur fuq Federica Falzon, ir-rebbieħa ta’ “Ti Lascio Una Canzone” li se tirrapreżenta lil Malta fl-edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir ġewwa Malta fil-15 ta’ Novembru! Din se tkun esperjenza oħra għal-La Voix Academy, waħda li ħa titnaqqax fl-istorja.
20140515 - Style Cover Beauty Map-647-Edit
Gillian, naħseb taqbel magħna li huma ħafna l-ġenituri li jxitiequ li jkollhom it-tfal kantanti. Izda x’inhuma l-indikazzjonijiet li juru li t-tfal għandhom tassew it-talent?
Huwa diffiċli biex wieħed jagħżel element wieħed biss sabiex ikun hemm identifikazzjoni ta’ talent, iżda jekk il-vuċi treġġi u tilħaq ċertu livell ta’ età żgħira, mela hemmhekk għandek tagħmel l-ewwel passi bħala ġenituri u tħeġġeġ lil-ulied jitħarrġu l-vuċi.
La Voix Academy ‘il quddiem. X’inhuma l-proġetti li għandek maħsuba?
Bħalissa għadna kemm ftaħna sezzjoni ġdida fil-La Voix Academy, li ġġib l-isem ta’ Ironic PR & Artist Management fejn hemmhekk se nkunu qiegħdin nieħdu ħsieb numru ta’ artisti li jixtiequ aktar ħarsien u professjonalità fil-karriera tagħhom. Dan huwa proġett mmexxi primarjament minn Marc Calleja Bayliss bl-għajnuna tiegħi kif ukoll tal-Muxu.
B’ċertu sens ta’ sodisfazzjon ngħid li l-proġetti ma jieqfu qatt, u issa ġa bdejna naħdmu għall-iskeda li jmiss tat-televixin Taljan, fosthom programmi bħal; “The Voice”, “Io Canto”, “Ti Lascio Una Canzone” u “Italia’s Got Talent”.
Mil-lat lokali, għandna xi kompetizzjonijiet oħra fix-xhur li ġejjin u l-involvement ta’ Federica Falzon u Gaia Cauchi fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest.

(1639)

  
Awtur Frederick Zammit