Daħla » Drama » ĦBIEB U GĦEDEWWA: Mill-10 sal-14 ta’ Novembru

ĦBIEB U GĦEDEWWA: Mill-10 sal-14 ta’ Novembru

Fuq TVM, Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3.05pm, ripetizzjoni dak inhar wara l-aħbarijiet tal-11pm, ripetizzjoni l-għada filgħodu fis-06.30am u l-Ħadd edizzjoni omnibus fit-3pm

IT-TNEJN

Karl imur jiġri d-dar biex jara min kienet il-mara li daħlitlu bla permess. Lil min sab? U John x’ser jagħmel dwar din is-sitwazzjoni?

Tony jgħid lil Saviour li Maria Pia tidher inkwetata. Għaliex?

Sandra u Lina ltaqgħu fi ġnien pubbliku u ġiet Gloria fuqhom. Min kienet u ħadu pjaċir bil-preżenza tagħha?

IT-TLIETA

X’qaltilhom Gloria lil Sandra u lil Lina? U huma x’għamlu. Frankie jerġa’ jċempel l-istess numru li kienet ċemplet Nadia. Veru kien tal-pizza jew le?

Saviour jistaqsi lill-ommu dwar dak li kien qallu Tony. X’irrispondietu?

Adam mar fil-libreija biex jistudja. Ma’ min iltaqa’?

hbieb3

L-ERBGĦA

Saviour imur għand Manwel biex jara x’inhu jinkwieta lil ommu. X’jgħidlu? Adam jerġa’ jiltaqa’ ma’ Winnie l-librerija. Għaliex kellha titlaq ħesrem?

John ikellem lil bintu Sarah dwar dak kollu li qed tagħmel lil Jacob.

Kif iġġutifikat ruħha u x’qaltlu li ħasditu tassew?

IL-ĦAMIS

Sarah tgħid lil missierha dwar il-kontenut tal-ittra li kienet ħallietlu ommha. X’kienet ir-reazzjoni tiegħu? Jemminha jew le? U lil Lina x’jgħidilha?

Jane tmur tkellemm lil Yvonne dwar Nadia. X’qaltilha u kif tixtieqha tgħinha? John jirċievi telefonata mingħand xi ħadd.

Min kien u għaliex kien irrabjat?

hbiueb2

IL-ĠIMGĦA

Jane tgħid lil Nadia biex tmur għand Yvonne. X’tgħidilha dwar tfulitha Yvonne meta tkun hemm?

Etienne jistaqsi lil Esther jekk għadiex tħobbu? X’tirrispondih?

Adam jerġa’ jiltaqa’ ma’ Winnie jew le?

Lina tmur għand Karl. X’kien?… u ma’ min tiltaqa’? (1182)

  
Awtur Frederick Zammit