Daħla » Drama » ĦBIEB U GĦEDEWWA: Mit-3 sas-7 ta’ Ottubru

ĦBIEB U GĦEDEWWA: Mit-3 sas-7 ta’ Ottubru

Kuljum fuq TVM tkompli s-soap opera Ħbieb U Għedewwa

IT-TNEJN

Nadia ħadet il-mobajl ta’ Jane. Beda jċempel… x’għamlet? X’qallu Mark dwar l-informazzjoni sensittiva li ttieħdet minn fuq il-kompjuter tiegħu?

X’qallu meta mar l-uffiċċju jiltaqa’ miegħu? X’ħolma kellha Lina u għaliex beżgħet?

IT-TLIETA

Brenda tiltaqa’ ma’ Kristianne. X’tistaqiha u x’tgħidlu lil Karl dwarha?

Manwel iċempel lil Jane dwar it-telefonata li kellu mingħand Nadia. X’qaltilha Jane lil Nadia.

Lina tiftaħ qalbha ma’ Sandra dwar il-problemi sentimentali tagħha. X’tgħidilha?

L-ERBGĦA

hbiebA

Kif ħaditha Sandra meta Lina qaltilha li kienet tħobb lil ħaddieħor? Jacob għadu jikteb il-komponiment tiegħu. X’qaltlu Sarah?

Mark jgħid lil Maria Pia li għandu suspett f’dak li kien qed jimmina r-riċerka tiegħu. X’tgħidlu?

Kristianne tmur għand Karl u x’qaltlu li tassew ħasditu?

IL-ĦAMIS

Kristianna x’qaltlu lil Karl dwar il-mara li kienet daħlitlu d-dar tiegħu u x’qallu John xħin sar jaf b’din is-sitwazzjoni?

Jacob jgħid lill-ommu li Sarah kienet ħadithulu l-komponiment, x’qaltlu u x’kienet ir-reazzjoni tagħha?

Nadia kellmet lil Frankie dwar it-telefonata li kienet għamlet. X’qalilha Frankie… emminha jew le? Mark jikkonfronta lill-missieru dwar il-minaċċi li qed isirhulu.

IL-ĠIMGĦA

hbieb 3

Mark tassew iddispjaċih għaliex missieru ħadem kontrih u saħansitra għeddu. X’se jagħmel issa u Manwel kif irreaġġixxa?

Sandra marret tara lil Karl. X’intqal bejniethom? U għaliex Karl mar ikellem lil Saviour? Kristianne iċċempel b’urġenza lil Karl.

X’ġara daqshekk importanti? (2205)

  
Awtur Frederick Zammit