Daħla » Televiżjoni » F-Living » Helen Micallef mistiedna waqt Living Stars fuq F Living

Helen Micallef mistiedna waqt Living Stars fuq F Living

Irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 1972 bil-kanzunetta ”L-imħabba” flimkien ma’ Joe Cutajar u magħrufa sew ukoll bħala oħt il-kantant Renato li rrapreżenta lil Malta fl-1975 b’ ”Singing this Song”.  Għallmet il-kant lil għadd ta’ tfal u għadha sal-ġurnata ta’ llum attiva fix-xena mużikali impenjata f’għadd ta’ ljieli Maltin u attivitajiet ta’ ċerimonji.    Mistiedna f’ Living Stars tas-Sibt 13 ta’ Settembru hija l-kantanta Helen Micallef.

Karl Bonaci jintervista lil kantanta dwar il-karriera tagħha ta’ quddiem u wara l-kwinti.   Kif kienet il-ħajja fil-familja Micallef fi ċkunithom?   X’kien ifisser li tikber f’familja fejn id-dinja tal-ispettaklu kienet parti minn ħajjithom?   Kif kienet l-esperjenza tal-Eurovision 1972 u llum il-ġurnata kif tqattagħha l-ħajja tagħha?
Dan u aktar waqt  Living Stars is-Sibt fuq F Living Channel fit-20:30

(543)

  
Awtur Frederick Zammit