Daħla » Mużika » Ħilithom: Aleandro Pace Tahir: It-Tlieta 18 ta’ Novembru

Ħilithom: Aleandro Pace Tahir: It-Tlieta 18 ta’ Novembru

Fuq ONE, fl-4.15pm

Fl-edizzjoni li jmiss niltaqgħu mal-illużjonista żagħażugħ li għandu 21 sena u jgħix ġewwa l-lokalita ta’ Marsascala: Aleandro Pace Tahir.

Apparti li jaħdem bħala illużjonista fuq bażi “part-time” Aleandro għandu għal qalbu ħafna l-kant u l-pjanu.

az2

 

Ġej minn familja fejn il-maġija donnha bħal tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra. Kemm in-nannu tiegħu Charles Tahir kif ukoll il-Bużnannu Anthony Tahir kienu illużjonisti fil-passat.

Jemmen li l-maġija hija dixxiplina minnha nnifsiha u tgħinu jneħħi l-mistħija u jkollu stima aktar għolja tiegħu nnifsu.

Jippreżenta l-programm Kevin Mercieca.

Indirizz Elettroniku : hilithomfuqone@one.com.mt  (672)

  
Awtur Frederick Zammit