Daħla » Ġenerali » Ħin il-mużika l-Ħadd wara nofsinhar f’serje ta’ kunċerti ta’ RIDT

Ħin il-mużika l-Ħadd wara nofsinhar f’serje ta’ kunċerti ta’ RIDT

Il-mużika ser tiltaqa’ mal-arti f’serje ġdida ta’ kunċerti nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar, bl-isem “L-Oratorju – Mużika u Arti”, hekk kif il-Fond għar-Riċerka tal-Universita’ ta’ Malta (RIDT) iżid fl-impenn biex jtitqawwa s-sehem tal-kommunita’ f’għotjiet għar-riċerka.

Il-kunċerti ta’ mużika klassika, barokka u chamber music ser isiru fl-atmosfera barokka tal-Oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti, Ħadd iva u Ħadd le. Jibdew fl-4.30pm,  L-ewwel kunċert ser isir  il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2014.

19 - Tea time concerts IMG1

Il-qligħ mill-kunċerti ser imur għal diversi attivitajiet ta’ riċerka fl-Universita’, permezz ta’ RIDT. Dħul għall-kunċerti ikun b’għotja rakkomandata ta’ €10.

L-ewwel kunċert ser jingħata mill-kwartett tal-kordi tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (OFM) u jinkludi Clepsydra ta’ Christopher Muscat u String Quartet no. 4 op18 ta’ Ludwig van Beethoven.

19 - Tea time concerts IMG2

Il-kwartett tal-kordi tal-OFM hu magħmul minn Marcelline Agius u Klara Nazaj idoqqu l-vjolin, Nadia Debono l-vjola u Akos Kertesz vjoloncell.

  (503)

  
Awtur Frederick Zammit