Daħla » Fil-Limelight » ‘Iċ-Ċaqqufa’ se taqra l-voti fil-Junior Eurovision

‘Iċ-Ċaqqufa’ se taqra l-voti fil-Junior Eurovision

Ikomplu l-aħħar tħejjijiet għall-Junior Eurovision li se jsir fil-Malta Ship Building il-Marsa għada s-Sibt 15 ta’ Novembru.

L-attriċi żgħira Geordie Schembri magħrufa aktar bħala ċ-ckejkna Rose fis-serje Iċ-Ċaqqufa se tkun qed taqra l-voti għall-Italja.

10807846_10205597623843574_1451475720_n

Malta se tkun rappreżentata minn Federica Falzon bil-kanzunetta Diamonds.

Malta ddebuttat fil-Junior Eurovision fl-2003. F’dik is-sena Sarah Harrison ipparteċipat b’Like A Star u ġiet fis-seba post.

Fis-snin ta’ wara il-parteċipazzjoni Maltija kienet hekk:

2004: Young Talent Team (Power of a Song): It-12-il post

2005: Thea & Friends: Make It Right: Is-16-il post

2006: Sophie Debattista: Extra Cute: Il-11-il post

2007: Cute: Music: It-12-il post

2008: Daniel Testa: Junior Swing: Ir-4 post

2009: Francesca & Mikaela: Double Trouble: It-8 post

2013: Gaia Cauchi: The Start: L-1 post

10715839_10205597140351487_1165448221_n (2546)

  
Awtur Frederick Zammit