Daħla » Fil-Limelight » Il-finali ta’ Sanremo Junior Malta

Il-finali ta’ Sanremo Junior Malta

Il-finali ta’ Sanremo Junior Malta se ssir gewwa Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi (MCC) fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 5 ta’ April fit-8.30pm. Is-serata se tkun ipprezentata minn Lara (Azzopardi) Cuschieri u Jean Paul Carbonaro u l-mistiedna f’din is-serata huma bosta fosthom Gaia Cauchi (ir-rebbieha ta’ Sanremo Junior 2012) u Ilenia Camilleri (ir-rebbieha ta’ Sanremo Junior 2013). Se taghti s-sehem taghha wkoll il-kantanta zaghzugha Brooke. Mistiedna wkoll iz-zeffiena tal-ArtsExcel li gejjin mill-iskola St. Michael. Il-mistieden specjali tas-serata huwa Tony Maiello, li gie skopert waqt ir-reality show X Factor u mbaghad kien rebah in-Nuove Proposte waqt is-60 edizzjoni ta’ Sanremo.

26 kanzunetta gew maghzula fil-kategorija tal-kantanti waqt li sitt muzicisti se jkunu qed jikkompetu fis-sezzjoni tal-muzicisti. Ir-rebbieha miz-zewg kategoriji se jkunu qed jiehdu sehem fil-finali ta’ Sanremo Junior gewwa Ariston fl-Italja f’Mejju li gej.

Il-kategoriji fis-serata finali tal-5 ta’ April huma kif gej:

Kategorija tal-kantanti solisti:

A. Minn 6 sa 9 snin: 2 partecipanti

B. Minn 10 sa 12-il sena: 12-il partecipant

C. Minn 13 sa 15-il sena: 11-il partecipant

Kategorija tal-muzicisti solisti:

Minn 6 sa’ 15-il sena: 6 partecipanti

Is-serata ghandha produzzjoni ezekuttiva ta’ Antonella Vassallo u ghal aktar

dettalji wiehed jista’ jidhol fis-sit www.mcc.com.mt jew inkella jcempel fuq

77221003.

_DSC1149 (708)

  
Awtur admin