Daħla » Televiżjoni » Il-Gwerra l-kbira:“It-twelid tal-…”: It-Tlieta 21 ta’ Ottubru

Il-Gwerra l-kbira:“It-twelid tal-…”: It-Tlieta 21 ta’ Ottubru

L-ewwel xandira tat-tielet episodju:

 

It-Tlieta, 21 ta’ Ottubru 2014 fid-9.45pm fuq TVM2

Iżjed xandiriet tat-tielet episodju:

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru 2014 fil-11.00am fuq TVM2

Il-Ħadd, 26ta’ Ottubru 2014 fid-9.00am fuq TVM

It-Tnejn, 27ta’ Ottubru 2014 fl-10.30am fuq TVM

 WWI Sarajevo Assassination

Għal sekli sħaħ, l-Imperu Ottoman kien il-qawwa dominanti li miċ-ċentru tal-Ewropa u fil-Mediterran tal-Lvant kienet tinfirex sal-Asja. Fis-seklu dsatax, il-qawwa ta’ dan l-imperu ddgħajjfet ħafna.

Il-popli li kienu f’dan l-imperu, bdew jiġu ispirati minn ideat nazzjonalistiċi, u xtaqu li jinfirdu minnu. Eġizzjani, Griegi, Albaniżi u diversi gruppi Slavi, kellhom l-għatx li jiġu rikonoxxuti bħala stati indipendenti. Dan ħoloq ħafna tensjonijiet.

Minbarra l-Eġittu, dawn il-pajjiżi kienu fil-maġġoranza Kristjani, kemm Ortodossi u Kattoliċi.

(3) Ritratt - Il-Gwerra l-kbira - It-tielet episodju - It-twelid tal-... 

Sena 1829: Wara gwerra kontra l-Imperu Ottoman, il-Greċja tikseb l-indipendenza tagħha.

Sena 1875: Bosnia-Herzegovina tkun għadha parti mill-Imperu Ottoman. L-insara li kienu jgħixu fil-Bosnia-Herzegovina iqumu f’irvell kontra l-Ottomani. Dan l-irvell jinxtered mal-provinċji l-oħra tal-imperu. Il-Montenegro u s-Serbja jiddikjaraw gwerra kontra l-Ottomani. L-Ottomani jwieġbu bi ħruxija qawwija ħafna.

(4) Ritratt - Il-Gwerra l-kbira - It-tielet episodju - It-twelid tal-...

Sena 1877: Ir-Russja li kienet titqies l-omm protettiva tal-pajjiżi Slavi, tiddikjara gwerra kontra l-Imperu Ottoman.

Sena 1878: Bosnia-Herzegovina tibqa’ parti mill-Imperu Ottoman, iżda l-amministrazzjoni tagħha tingħata f’idejn l-Imperu Awstro-Ungeriż.

Sena 1879: Is-Serbja, il-Montenegro, ir-Rumanija u l-Bulgarija isiru stati indipendenti mill-Imperu Ottoman.

Sena 1908: L-Imperu Awstro-Ungeriż jokkupa kompletament il-Bosnia-Herzegovina. Is-Serbi nazzjonalisti ma jaċċettaw qatt din l-okkupazzjoni u jibdew iwettqu atti terroristiċi kontra l-Awstrijaċi fil-Bosnia. Huma riedu li l-Bosnia-Herzegovina tkun parti mis-Serbja.

‘Il-Gwerra l-kbira’ hija produzzjoni ta’ 4Sight Communications Malta għall-Public Broadcasting Services

  (449)

  
Awtur Frederick Zammit