Daħla » Ġenerali » Il-Kampanja: Wirja ta’ Pittura minn Louis McKeon

Il-Kampanja: Wirja ta’ Pittura minn Louis McKeon

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tippreżenta wirja ta’ pittura minn Louis McKeon, intitolata Il-Kampanja.

Il-wirja se tittella’ fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali Fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn is-26 ta’ Ottubru u t-8 ta’ Novembru 2014

Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sat-8.30pm. Ħdud: Mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.00pm u t-8.30pm

DĦUL BLA ĦLAS – PARKING MHUX PROBLEMA

Għal aktar tagħrif sibuna fuq www.talentmosti.com u kif ukoll fil-paġna ta’ Facebook: razzett tal-markiż

Din l-attivita’ qed tittella’ b’koordinazzjoni mal-Kunsill u l-Kap tal-Iskola Sekondarja Bniet, Mosta.

LouisMK02

LOUIS MCKEON

Louis McKeon twieled fl-1962 u joqgħod il-Mellieħa.  Huwa minn dejjem ħass ġibda kbira lejn l-arti.  Fl-arti tiegħu huwa joħroġ talent mill-isbaħ, li huwa żviluppa u sawwar tul il-karriera artistika tiegħu.

Louis McKeon iħobb  ikun oriġinali,  kemm  fl-idejat kif ukoll fil-materjal  li juża.  Ix-xogħolijiet tiegħu jiftħu tieqa fuq l-emozzjonijiet tiegħu u jgħinuna nifmhu aktar l-karattru u l-ispirazzjonijiet ta’ dan l-artist.  Il-kuluri huma l-biċċa l-kbira vivaċi, li fl-istess ħin juru sens ta’ kalma u paċi li jeħduk f’dinja oħra  ta’ ħsibijiet, il-bogħod mill-inkwiet tad-dinja rejali. Is-suġġetti fil-kwadri tiegħu jħobb itihom xejra differenti biex wieħed iħares lejn l-affarijiet mill-lenti tiegħu u jagħraf il-ħsibijiet, il-burdati u l-emozjonijiet li jkun qed iħoss l-Artist dak il-ħin. L-ilwien fil-ftit kwadri li juru pajesaggi, ituna sens ta’ ftuħ, li aħna bħala Maltin li ngħixu fuq gżira tant żgħira, aħna ftit jew wisq neqsin minnu.

LouisMK03

Louis McKeon tella’ l-ewwel wirja artistika tiegħu f’Ġunju 2012, prorpju fir-Razzett tal-Markiż, il-Mosta. Permezz ta’ din il-wirja, li kienet titratta dwar il-baħar, il-karriera artistika ta’ Louis McKeon laħqet dimenzzjonijiet ġodda. Ilum ix-xogħolijiet artistiċi tiegħu jinsabu f’kollezzjonijeit privati kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.

LouisMK07

Il-Wirja li Louis McKeon ser itella’ fir-Razzett tal-Markiż, bejn is-26 ta’ Ottubru u d-9 ta’ Novembru 2014, ser ikolla it-titolu: “Il-Kampanja”. Din hija wirja rikka fejn wieħed jista’ jimraħ bi ħsibijietu fil-ftuħ tal-kampanja Maltija u dak kollu konness magħha.

LouisMK01

  (589)

  
Awtur Frederick Zammit