Daħla » Drama » “Il-karattru sod taċ-Ċaqqufa jibqa’ b’saħħtu” – Lara Cuschieri

“Il-karattru sod taċ-Ċaqqufa jibqa’ b’saħħtu” – Lara Cuschieri

Fit-30 ta’ Settembru fuq TVM jibda t-tieni staġun ta’ Iċ-Ċaqqufa fejn tkompli l-ġrajja ta’ Rose, illum omm kif ukoll mara b’karriera ta’ suċċess. LimelightMalta.com tkellmet ma’ Lara Cuschieri, li tinterpreta l-parti ta’ Rose.

Lara, meta ġejt avviċinata minn Pierre Portelli biex tinterpreta lil Rose, x’kienet ir-reazzjoni tiegħek u x’wasslek biex aċċettajt din il-parti?
Dejjem xtaqt naħdem ma’ Watermelon Media speċjalment wara s-suċċess ta ‘ Anġli. Meta Pierre Portelli avviċinani kont naf Li se jkolli produzzjoni oħra tajba f’moħħu. Kien għalhekk li aċċettajt meeting immedjat biex nara eżatt x’kellu f’moħħu. Malli bdejt niskopri ftit mil-istorja tal-ħajja ta’ Rose ħassejt li Iċ-Ċaqqufa se tintlaqa’ tajjeb ħafna mill-familji Maltin. Rose hi karattru taċ-ċirkustanzi li nbiddlet ħafna matul iż-żminijiet. Ħsibt li se tkun vittma pero malli sirt naf ċertu sigrieti fl-isfidi tal-karattru ma’ stajtx ma naċċettax ma naħdimx ma tim dinamiku, atturi u kru professjonali mmens u bi storja mill-aqwa :)

rosie

Fil-ġrajja dħalt fl-aħħar kapitlu tal-ewwel staġun. X’kuntatt kien hemm bejnek u bejn iż-żewġ atturi l-oħra li ħadmu l-parti ta’ Rose iżgħar?
Watermelon Media organizzat diversi seminars u meetings fejn l-atturi u l-kru setgħu jiltaqgħu u jaħdmu flimkien f’workshops qabel beda il-filming. Kien għalhekk li stajt nibni relazzjoni tajba ma’ kulħadd. Għalkemm dħalt fl-aħħar kapitlu kelli xeni ta’ twelid u rakkont (fejn instmajt jien matul l-episodji kollha ngħid l-istorja tiegħi). Kien proprju żmien fejn stajt inkun on set nara lil kulħadd fuq xogħlu u nqatta’ iktar ħin ma’ Rose iż-żgħira u Rose tan-nofs. Ir-relazzjoni tagħna hi waħda mill-isbaħ, kważi kważi tant qbilna li qisna aħwa :)

Fl-istaġun li jmiss se naraw lil Rose aktar matura u determinata fil-ħajja. Dan ifisser li se tirhet il-karetteristiċi ta’ nannitha Karla? U x’tip ta’ relazzjoni se jkollha Rose ma’ binha Michael?
Rigward il-karattru ma nistax niżvela ħafna :)… Pero iż-żmien għadda u naturalment kull intriżż ħalla inpatt fuq Rose ta’ kif ser narawha illum. Micheal li ġie fix xena minn ‘stupru’ hu episodju ikrah immens fil-ħajja ta’ Rose ma jaħti xejn. Naturalment il-karattru sod taċ-Ċaqqufa jibqa’ b’saħħtu… U se nħalli f’idejn it-telespettaturi biex jiġġudikaw ir-relazzjoni tagħhom :)

10616315_360968644050784_8977286437787772092_n

Ċertament waħda mix-xena l-aktar b’saħħitha u xokkanti fl-ewwel staġun kien l-istupru ta’ Rose. Kemm kienet diffiċċli li tinterpreta xena bħal din?
Kienet ‘challenge’ kbira li dħalt għaliha b’ħeġġa kbira. Kull xena u kull impatt li jista’ jwassal messaġġ b’saħħtu huwa importanti ħafna għalija u naffaċċja din l-avventura b’ruħi u b’ġismi. Malli sirt naf bl- istupru immedjatament staqsejt għal permess nistax infittex għajnuna biex ninterpreta l-karattru. Bl-appoġġ kollu ta Pierre u Diane Portelli fittixt għajnuna professionali u psikjatrika biex nifhem mara minn xiex tgħaddi u x’inhuma t-tbatijiet u riperkussjonijiet speċjalment meta Rose kellha ġġorr din il-memorja ħajjita kollha bit-twelid ta’ binha. Nirringrazzja lis-’sexual assault response team’ li għenuni nidħol fil-karattru li tant ħabbejt, fejn stajt għal ftit nipprova nħoss l-uġiegħ li tista’ tgħaddi minnu vittma ta’ stupru. Kienet xena li ħalliet impatt kbir fuqi w illum il-ġurnata ntqajt ma’ ħafna vittmi li permezz tal-programm tagħna setgħu jfittxu għajnuna professjonali. Grazzi għall-produzzjoni nħolqot ukoll ‘awareness’

Liema kienet l-aktar xena l-aktar għal qalbek s’issa f’Iċ-Ċaqqufa?
Mingħajr ebda dubju l-iktar xena li ħdimt għaliha :) Il-messaġġ qawwi favur in-nisa wara l-karattru b’saħħtu tal-mara determinata li hi Rose. L-Aħħar ‘speech’ ta’ wara l-istupru. Il-messaġġ warajh hu fenominali.

10276311_10201993674858867_875280614_n

X’differenza tara fil-karattru ta’ Rose minn karattri li ħdimt s’issa fil-karriera tiegħek?
Kull karattru huwa uniku! Is-sabiħ ta’ Rose hu li kelli nevolvi mhux biss l-apparenza (l-għajnejn, kulur tax-xagħar u l-istil ta’ ħwejjeġ) iżda ħadt pjaċir nikber magħha maż-żmien, Kelli ċ-ċans nifhem x’wassal għal kull bidla kemm biċ-ċirkustanzi ta’ impatt fuqha mill-karattri ta’ madwarha u t-tbatijiet li għaddiet minnhom. L-enerġija tajba li għandha wasslet għal dak li hi llum. Il-fatt li kelli naddatta għall-bidla fi żmien qasir u nimxi fuq il-passi ta’ Geordie u Chanelle għamlitha iktar interessanti għalija. Ghalhekk Rose hi ferm differenti minn katattri oħra li nterpretajt.

Il-puntati l-ġodda ta’ Iċ-Ċaqqufa fuq TVM mit-Tlieta 30 ta’ Settembru

  (3514)

  
Awtur Frederick Zammit