Daħla » Televiżjoni » NET » INDIBATE: L-INFRASTRUTTURA: Il-Ħamis 13 ta’ Novembru

INDIBATE: L-INFRASTRUTTURA: Il-Ħamis 13 ta’ Novembru

Fuq NET, fl-10.30pm

Indibate jiffoka fuq aspett mill-iktar importanti għall-pajjiż; l-iżvilupp infrastrutturali.

Fl-istudio mal-preżentatur Matthew Paris, se jkun hemm l-ex Ministru Michael F0lzon u l-imprenditur u lukandier Tony Zahra.

Bil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-istudio, il-programm Indibate se joħloq diskussjoni dwar il-mod kif id-deċiżjonijiet li bdew jittieħdu mill-Maltin wara l-Indipendenza fetħu opportunitajiet ġodda biex il-pajjiż beda jimraħ f’oqsma ġodda li fi żmien l-Ingliżi kienu jidhru mpossibbli biex fihom il-pajjiż jinvesti.

Il-programm se jiffoka wkoll fuq il-fiduċja li l-imprendituri Maltin kisbu permezz tal-Indipendenza u l-mod kif tul is-snin il-pajjiż wettaq l-investiment infrastrutturali ġdid li permezz tiegħu kien kapaċi jattira l-investiment barrani li ħoloq ix-xogħol. (470)

  
Awtur Frederick Zammit