Daħla » Ġenerali » Is-sitt Rockestra

Is-sitt Rockestra

L-edizzjoni ta’ Rockestra ta’ din is-sena, b’risq il-Malta Community Chest Fund se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru 2014, fl-MFCC Ta’ Qali.

Din hi s-sitt sena li qed tittella’ Rockestra, avveniment li kien suċċess kull sena. Għal din is-sena saret sejħa pubblika għal dawk li qatt ma pparteċipaw u b’sodisfazzjon kien hemm talent kbir fost il-118-il applikazzjoni li ġew sottometti. Fost dawk li applikaw se nkunu qed naraw kantanti ġodda flimkien ma’oħrajn stabiliti.

1233170_572149572852854_1485802509_o

L-artisti stabiliti jinkludu lil Pawlu Borg Bonaci, Errol Sammut (Airport Impressions), Matthew James Borg, Gianni  Zammit, Raquela Dalli Gonzi, Konrad Pulè, Kenneth Calleja, Ivan Filletti, Tiziana Calleja, DeBee u The New Victorians. Fost il-mużika li mistennija nisimgħu waqt Rockestra ta’ din is-sena hemm siltiet tal-gruppi Pink Floyd, The Beatles, Led Zeppelin, Steppenwolf, ZZ Top, The Lumineers u tal-kantanta Ingliża Adele.

It-tema marbuta ma’ Rockestra ta’ din is-sena hija ‘Don’t Stop Believing’. Din it-tema għandha messaġġ qawwi mhux biss għall-kantanti li sal-lum ma kellhomx opportunità jagħmlu debutt sinjifikanti fil-karriera tagħhom iżda anki għal dawk kollha li nħakmu mill-marda tal-kanċer u mard kroniku ieħor biex jibqgħu jiġġieldu l-marda u jemmnu li jistgħu jfiequ.

Għal dan il-kunċert l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħdem b’mod volontarju għal din l-inizzjativa. Permezz ta’ dan l-għan nobbli, Rockestra qed tagħti aktar viżibilità lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

1276511_572126402855171_2048952722_o

Għal sena oħra, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud filwaqt li d-direzzjoni artistika tal-kunċert se tkun f’idejn Pawlu Borg Bonaci.

1186033_572338266167318_199490485_n

Dawk kollha li huma interessati jattendu għal dan l-avveniment m’għandhomx jħallu għall-aħħar. Dan għaliex id-domanda hija ferm qawwija għal dan l-avveniment. Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jibbukkjaw mis-sit elettroniku www.ooii.com.mt jew inkella mill-Palazz il-Belt u l-Palazz ta’ Sant’Anton.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.rockestra.org.mt , iċempel fuq 21 226 226 jew jibgħat imejl fuq rockestra@gov.mt. (649)

  
Awtur Frederick Zammit