Daħla » Drama » IT-TFAL: IL-ĦADD 19 TA’ OTTUBRU

IT-TFAL: IL-ĦADD 19 TA’ OTTUBRU

‎Tkompli s-sensiela IT-TFAL fuq ONE kull nhar ta’ Ħadd fit-20.30.

Il-puntata li jmiss tixxandar il-Ħadd 19 ta’ Ottubru

TFAL EP 3  still 1

George irid lura d-dar li għadu joqgħod fiha r-raġel ta’ bintu Elaine, John.

Chris dejjem isib ruħu feles f sitwazzjonijiet li qisu jidħol għalihom bla ma jintebaħ.

Johnny, minkejja li reġa’ qed jaħdem ma’ ħuħ George qisu qed jaħmi xi ħaġa minn taħt u determinat li jasal fejn jixtieq.

Mandy kuntenta li forsi għad hemm ċans ma’ Mark.

Intant, il-pulizija jaslu għandhom xi provi ġodda li jafu jagħlqu l-każ tal-qtil ta’ Peter.

TFAL EP 3 still 2

L-intriċċi ta’ It-Tfal ikomplu nhar il-Ħadd li ġej fit-2030 fuq One TV. It-tfal għandu produzzjoni ta’ 26th frame u direzzjoni ta’ Bryan Muscat.

  (671)

  
Awtur Frederick Zammit