Daħla » Drama » IT-TFAL: Il-Ħadd 23 ta’ Novembru

IT-TFAL: Il-Ħadd 23 ta’ Novembru

Fuq ONE, fid-20.30

Johnny għadu kif wasal barra d-dar ta’ George u Pauline. X’inhuma l-intenzjonijiet tiegħu?

Persuna mill-passat ta’ Angela jerġa jidħol f’ħajjitha. Josette deċiża li ma tmurx lura d-dar ta’ Pauline u Salvu imbarazzat mir-reazzjoni ta’ George.

Iris tipprova akkost ta’ kollox iżżomm mal-prinċipji tagħha, għalkemm il-ġlieda qegħda dejjem issirilha aktar u aktar diffiċli. Minn naha l-oħra sabet lil Doris, iktar minn sempliċi ħabiba mill-passat.

L-arrest ta’ Roger jagħmel il-ħajja ta’ Mandy fuq il-post tax-xogħol ħafna iktar diffiċili għalkemm hi tipprova tagħti l-impressjoni li qisu ma ġara xejn.

X’se tkun ir-reazzjoni ta’ Johnny meta Chris jirritorna lura l-uffiċċju?

It-Tfal ghandu produzzjoni ezekuttiva ta’ 26th frame u direzzjoni ta’ Bryan Muscat.

(1328)

  
Awtur Frederick Zammit