Daħla » Drama » IT-TFAL: Il-Ħadd 9 ta’ Novembru

IT-TFAL: Il-Ħadd 9 ta’ Novembru

Fuq ONE, fit-8.30pm

‎Il-pulizija għandhom biżżejjed provi biex iqiegħdu lil Roger taħt akkuża.

B’dawn f’idejhom jitfaċċaw id-dar ta’ missieru u ommu biex jarrestawh.

tfal 3

 

Chris iħossu qed jgħum f’baħar imqalleb ta’ konflitti bejn l-aħwa u jrid joqgħod attent lejn liema naħa jiġbed sakemm jiddeċiedi li jikkonfronta lil George. Josette tispiċċa f’kwistjoni oħra ma’ Pauline filwaqt li Angela terġa’ tiltaqa’ ma’ persuna mill-passat tagħha.

tfal1

 

George jippjana li jitla’ ftit jiem ħdejn Lorraine u Amanda taħbi l-verita’ dwar ħuha. Iris tkompli thewden dwar it-tfal tagħha filwaqt li Doris tapprofitta ruħha mis-sitwazzjoni.

Paul u Victoria minn naħa l-oħra jistgħu jsibu ruħhom vittmi ta’ ċirkostanzi li f’għajnejn ħaddiehor jista’ jkun li ħolquhom huma stess.

 tfal2

L-istejjer tat-tieni staġun ta’ It-Tfal ikomplu nhar il-Ħadd 9 ta’ Novembru fuq ONE fit-2030‎.

It-Tfal għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ 26th frame u direzzjoni ta’ Bryan Muscat.

(639)

  
Awtur Frederick Zammit