Daħla » Fil-Limelight » It-tieġ ta’ Ludwig u Sarah: Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru waqt SE NIŻŻEWWĠU

It-tieġ ta’ Ludwig u Sarah: Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru waqt SE NIŻŻEWWĠU

Għaliex għandha ssir food tasting session? L-għażla tal-libsa tal-għarusa tiddependi mis-sala fejn se jsir it-tieġ? Iċ-ċrieket tat-tieġ kollha l-istess? Xi tkun il-Photo Booth? Dawn u ħafna aktar mistoqsijiet sejrin jitwieġbu  fil-programm “Se Niżżewġu” li jixxandar nhar il-Ħadd 19 ta’ Ottubru fuq Net TV bejn l-10.45am u n-12.30pm.

Bi preżentazzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, minbarra l-informazzjoni, ikun hemm ukoll il-mużika bil-parteċipazzjoni ta’ Spiteri Lucas Band u l-kantant Ivan Spiteri Lucas.

22

Matul il-programm ikun hemm ukoll is-“Celebrity Weddings” li matulha nsiru nafu b’mod esklussiv kif kien it-tieġ ta’ Ludwig u Sarah Gaela li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ ftit aktar minn 4 xhur ilu.

Il-programm se joffri wkoll iċ-ċans lil kulmin jipparteċipa permezz ta’ SMS li jirbaħ rigali sbieħ.

  (977)

  
Awtur Frederick Zammit