Daħla » Drama » It-tieni staġun ta’ It-Tfal fuq ONE minn Ottubru

It-tieni staġun ta’ It-Tfal fuq ONE minn Ottubru

 

Tkompli is-serje It-Tfal fuq ONE, minn Ottubru li ġej.

Fit-tieni serje, il-wasla mill-ġdid ta’ John (Charles Sammut), li jiġi ħu George (Silvio Axisa), timmarka l-bidu ta’ serje ta’ avvenimenti mad-destin li l-familja Galea se jkollha tiltaqa’ magħhom. Jekk tridx jew le hi kwistjoni oħra. Milqugħ minn ommu Iris (Vivienne Meli), għadu mibgħud minn Pauline (Marthese Mangion) li trid iżżommu aktar milli sempliċiment il-bogħod minn familtha. Għalkemm għadda ż-żmien, John għadu taħt l-effett tat-tkissir taż-żwieġ tiegħu lil Lorraine (JC Scicluna). Minkejja dan, kif jasal lura, jerġa jipprova jibda jiġbor il-biċċiet li kien ħalla warajh iżda dan iservi biss biex jaqa f’iktar rabja għal dak li kienu għamillu ħuħ. Chris (Peter Galea) li għandu relazzjoni stramba ma’ Angela (Gertrude Borg Marks) qiegħed jieħu ħsieb in-negozju ta’ George. Wara l-mewta għal għarrieda ta’ bintu jiddeċiedi li jnaqqas sew mix-xogħol. George jiddeċiedi li sabiex isewwi żbalji li għamel fil-passat, jerġa jdaħħal lil Johnny lura fin-negozju tal-familja, sakemm jirrealizza li dak fil-fatt kien l-ikbar żball li qatt seta’ jagħmel.

STILL 2

Karattri oħra jinkludu fost oħrajn lil Doris (Anna Bassily), Josette (Lorraine Degiorgio), Matthew (Antoine Farrugia), John (Glen Callus), Salvu (Louis Gatt), Amanda (Jessica Pisani).

IT-TFAL-season-2-banner

L-istorja fil-qosor

L-istorja ta ‘It-Tfal’ iddur madwar il-familja Galea, familja ta’ negozju li ġej minn naħa ta’ George. George (Silvio Axisa) hu miżżewweġ lil Pauline (Marthese Mangion) u ghandhom erbat itfal flimkien. F’ħajja ta’ negozju mimlija kompetizzjoni George ikollu wkoll jaffaċċa wiċċu mal-problemi li toħloqlu Pauline minħabba l-fatt li hi mara li dak li għandha tgħid tgħidu mingħajr ebda rimors jew ħsieb ta’ konsegwenzi, u b’hekk dejjem jinħolqu problemi u diżgwid fil- familja, partikolarment bejn it-tfal. F’għajnejn Pauline il-pożizzjoni tagħha fis-soċjeta tiġi l-ewwel u qabel kollox u huwa għalhekk li żżewġet lil George.

STILL 5 TFAL

L-istorja ddur mal-ħajja tal familja Galea u r-relazzjonijiet ta’ bejniethom, in-negozju ta’ George fit tajjeb u l-ħażin tiegħu. Għal kull problema hemm soluzzjoni biex tinżamm magħquda l-familja imma l-maħfra mhux dejjem tiġi mingħand kulhadd. Ġenerazzjoni wara oħra, kollha bil-karattru tagħhom.

It-Tfal hi l-istorja ta’ George u Johnny Galea – żewġt aħwa b’passat komuni iżda preżent ferm differenti. Għira, imħabba, mibegħda, ferħ, gideb, ċelebrazzjonijiet u deċiżjonijiet, twelid u mwiet…dak kollu li jista’ jgħaqqad jew ikisser lil dawk li jiffurmawha.

STILL 3 TFAL

It-Tfal għandu produzzjoni ta’ 26th frame. B’kitba ta’ Alessandro Farrugia u muntaġġ ta’ Anouschka Grech, is-serje għandha direzzjoni ta’ Bryan Muscat.

Minn Ottubru kull nhar ta’ Ħadd fit- 20:30 fuq ONE

  (2035)

  
Awtur Frederick Zammit