Daħla » Fil-Limelight » JESC ’14: Diamonds ta’ Federica Falzon: Il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru

JESC ’14: Diamonds ta’ Federica Falzon: Il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru

30 jum il-bogħod mill-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest (JESC), id-delegazzjoni Maltija se tkun qed tniedi l-kanzunetta parteċipanta Diamonds interpretata minn Federica Falzon nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru f’nofsinhar fil-kulleġġ ta’ San Benedittu li tattendi Federica stess.

Il-kanzunetta ġiet miktuba minn Elton Zarb, Matthew (Muxu) Mercieca, Gillian Attard u Federica Falzon.

It-tnedija tal-kanzunetta Diamonds mill-iskola li tattendi federica se tkun imxandra direttament fuq TVM 2 u saħansitra tista tiġi segwita fuq http://www.tvm.com.mt/live/tvm-2/ .

Wara t-tnedija uffiċċjali, il-kanzunetta se tkun ukoll imtella’ online.

Il-Junior Eurovision Song Contest se jkun qed isir ġewwa x-Ship Building tal-Marsa nhar is-Sibt 15 ta’ Novembru 2014.

Ritratt:Steve Congrave

 

JESC MALTA 2014 logo (589)

  
Awtur Frederick Zammit