Daħla » Fil-Limelight » Jikber l-interess fil-Junior Eurovision Song Contest

Jikber l-interess fil-Junior Eurovision Song Contest

Fil-Malta Ship Building għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest li se jkun ippreżentat minn Moira Delia.

Is-serata se tixxandar is-Sibt 15 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija fuq TVM, kif ukoll fuq Radju Malta 2 (105.9fm) u jsir ukoll live streaming fuq tvm.com.mt

Illejla, il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru, il-Juries final fejn il-ġurija se tkun qed tagħti l-voti tagħha imbagħad għada s-Sibt ikun hemm is-serata finali bil-parteċipazzjoni ta’ Federica Falzon bil-kanzunetta Diamonds.

B’kollox hemm 16-il pajjiż li se jkun qiegħed jipparteċipa u l-ordni kif il-kanzunetti se jipparteċipaw hi din

running_order_pic

 

Dan huwa wieħed mill-akbar Junior Eurovision li s’issa saru. Madanakollu jidher li Malta rnexxielha tattira wkoll pajjiżi li mhux qed jipparteċipaw għal din l-edizzjoni b’awturi u fans minn pajjiżi bħall-Ġermanja, Iżrael, il-Belġju, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, it-Turkija, l-Awstralja u Spanja biex jiġu f’pajjiżna u jsegwu mill-qrib dak li qiegħed jiġri.

Għalkemm Franza mhux qed tipparteċipa, jingħad li l-fans tal-Eurovision se jkunu qed isegwu dan l-avveniment minn fuq big screen f’Pariġi filwaqt li bosta produtturi Inglizi qed isegwu mill-qrib dak li se jkun qiegħed jiġri f’pajjiżna bil-għan li fir-Renju Unit jerġgħu jintroduċu dan il-konkors.

Fl-Awstralja, l-istazzjon SBS se jkun qiegħed ixandar dan il-konkors ftit sigħat wara li jkun sar waqt li stazzjonijiet tar-radju fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti, l-Arġentina, fil-Costa Rica u New Zealand se jkunu qed jagħtu trasmissjoni diretta ta’ dan l-ispettaklu.

10255807_787775904613348_612254738035949607_n 

ONLINE AWARD

Din is-sena qed tiġi introdotta l-Online Award u b’hekk fans tal-konkors minn pajjiżi li mhux qed jipparteċipaw se jkunu wkoll jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom.

Fil-fatt fans mill-Awstraja, il-Brażil, l-Istati Uniti u l_Afrika t’Isfel fost ħafna pajjiżi oħra wkoll se jkunu qed jesprimu l-opinjoni tagħhom.

Il-kanzunetta Maltija

Federica Falzon - Diamonds

DIAMONDS 

Kliem: Matt Muxu Mercieca & Federica Falzon
Kompożituri: Elton Zarb & Gillian Attard

Nothing burns like the cold
But I feel warmth deep down in my soul
Look at me
Here I stand
Take my hand

(Chorus)
Together we can shine
Like diamonds in the sky
No dream is out of reach
If you just believe
Find our course
Through the darkest storm

Find your light, and you’ll know
The right path to take you home
Look at me
Here I stand
Take my hand

(Chorus)
Together we can shine
Like diamonds in the sky
No dream is out of reach
If you just believe
Find our course
Through the darkest storm

(Bridge)

(Chorus)
Together we can shine
Like diamonds in the sky
No dream is out of reach
If you just believe
Find our course
Through the darkest storm… and you’ll be home.

 

  (1012)

  
Awtur Frederick Zammit