Daħla » Ġenerali » Jum Ewropew tal-Lingwi f’Baystreet

Jum Ewropew tal-Lingwi f’Baystreet

Nhar is-Sibt, 27 ta’ Settembru, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta se tkun qed tiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Bay Street, San Ġiljan. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda tal-Malti – Università qed tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dan il-jum.

L-attivitajiet jibdew mill-10:00 u jibqgħu għaddejjin sas-18:00. Matul il-jum se ssibu stands minn ċentri differenti tal-lingwi, li se jqassmu tagħrif dwar l-ilsna differenti fid-dinja. Il-posti se jkunu mqassma fuq livelli differenti filwaqt li l-attivitajiet se jsiru fis-sular ta’ fuq. Matul il-jum se jkun hemm ukoll diversi attivitajiet, bħal workshops u mużika, li aktar tagħrif dwarhom jista’ jinkiseb minn fuq Facebook: www.facebook.com/events/687094901381752. Il-jum jagħlaq b’attività speċjali li tibda fil-17:00 fir-rotunda ta’ Bay Street.

Ħajr lill-Fondazzjoni Valletta 2018, Bay Street, u l-Aġenzija Żgħażagħ.

  (701)

  
Awtur Frederick Zammit