Daħla » Ġenerali » ”KIEN HEMM PERJODU F’ĦAJTI LI XTAQT IMMUT” – Phyllisienne Brincat

”KIEN HEMM PERJODU F’ĦAJTI LI XTAQT IMMUT” – Phyllisienne Brincat

Dan hu dak li se tirrakkonta, l-kantanta Phyllisienne Brincat, waqt il-programm STRADA li jixxandar fuq ONE Is-Sibt 18 ta’ Ottubru.

Filfatt, il-programm STRADA, fost oħrajn, ser ikun qed jistaqsi: Int għandek dritt fuq ħajtek?

STRADA huwa l-programm prinċipali tas-Sibt wara nofsinhar fuq ONE. Programm li beda f’din l-iskeda l-ġdida tal-Ħarifa fuq ONE imma nistgħu ngħidu li diġa’ beda jikseb ċertu popolarita’ mas-segwaċi lokali is-Sibt wara nofsinhar.

Waqt STRADA, jiddominaw iż-żgħażagħ li jkollhom sehem importanti f’dan il-programm. Filfatt STRADA, huwa verament il-programm fejn iż-żgħażagħ jitkellmu, għaliex dan il-programm qed jagħti ċ-ċans lil ammont ta’ żgħażagħ preżenti fl-istudjo biex jgħidu dak li jħossu.

Apparti Phyllisienne Brincat, waqt STRADA ser ikunu mistiedna ukoll, l-editur tal-gazzetta ‘illum’, Frederick Attard, il-preżentatriċi Melanie Kelly u l-preżentatur Dorian Cassar.

Ma’ dawn il-personalitajiet fuq il-panel u maż-żgħażagħ preżenti, STRADA se jkun qed jistaqsi wkoll: lil uliedna nieħduhom ‘for-granted’? u x’inhi etika ta’ dak li huwa pubbliku u dak li huwa personali?

Id-diskussjoni, l-argumenti, l-opinjonijiet….STRADA, is-Sibt 18 ta’ Ottubru, titilfux.
STRADA jibda eżatt wara ONE News tan-12:30pm (jiġifieri jibda eżatt fis-12:40pm), bi preżentazzjoni ta’ Wayne Aquilina.
Aktar informazzjoni fuq www.facebook.com/stradatvshow
Ritratt ta’ Phylissienne Brincat meħud minn JJ Chircop

(1014)

  
Awtur Frederick Zammit