Daħla » Televiżjoni » NET » KLINIKA: Is-Sistema Respiratorja: Mill-10 sal-14 ta’ Novembru

KLINIKA: Is-Sistema Respiratorja: Mill-10 sal-14 ta’ Novembru

Fuq NET, Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm, ripetizzjoni l-għada fit-08.30am

Din il-ġimgħa klinika se jiddiskuti s-Sistema respiratorja. X’inhi il-funzjoni tal-pulmun u x’jikkawża ħsara f’dan l-organu tassew interessanti? X’inhi l-ażma’ u kif nistgħu nikkontrollawha? Naraw ukoll xi ħsara jista’ jagħmel it-tipjip u nitkellmu dwar il-kanċer tal-pulmun.

It-Tnejn – Illum sejrin naraw fiex jikkonsisti il-pulmun u kif jaħdem. Mistieden fl-istudios hu l-Prof Stephen Montefort li hu speċjalista tas-sistema respiratorja. Nitkellmu ukoll dwar il-kawża tal-ażma u min xiex tiġi kkawżata.

It-Tlieta – Illum se naraw xi tfisser COPD jew Chronic obstructive pulmonary disease. Nitkellmu ukoll mas-soċjetà azmatici Maltin. Anabell Schriha se tkellimna dwar il-hsara li jaghamel it-tipjip.

L-Erbgħa - Mr Walter Busuttil se jkellimna dwar problema fil-pulmun fosthom il-kanċer. Se nitkellmu ukoll mal Hospice Movement li jagħmlu ħafna ġid ma’ pazjenti u l-familjari tagħhom.

Il-Ħamis– Illum se niddiskuti l-sleep apnea u kif wieħed jista’ jkun jaf jekk ibghatix minn din il-kundizzjoni. Mistiedna fl-istudios Prof Stephen Montefort, speċjalista tas-sistema respiratorja u is-Sur George Bonello li se jurina apparat speċjalizzat li jgħin lill min ikun qed ibgħati bi sleep apnea.

Il-Ġimgħa – Illum l-istudenti se jistaqsu mistoqsijiet dwar is-Sistema respiratorja lill Prof Stephen Montefort. Se jkollna ukoll esperjenza ta’ Hon Marthese Portelli li hi ażmatika u se tkellimna kif hi tgħix hajja normali u attiva kemm jista’ jkun.

 

(529)

  
Awtur Frederick Zammit