Daħla » Ġenerali » Klinika …. lura fuq NET minn Ottubru

Klinika …. lura fuq NET minn Ottubru

Il-programm Klinika se  jirritorna fuq Net Television wara nuqqas ta’ 8 snin. Programm li jittrata suġġetti ta’ saħħa u wkoll jispjega d-dettall ta’ kull kundizzjoni li b’xi mod taffettwa l-istil ta’ ħajja ta’ persuna!

Klinika kien rikonoxxut kemm-il darba mill-Awtorità tax-Xandir bħala l-iktar programm edukattiv.

X’inhuma dawk il-fatturi li tajjeb inkunu nafu bihom li jistgħu jkunu ta’ dannu jekk niġu f’kuntatt magħhom meta nkunu nbatu b’xi kundizzjoni jew oħra? X’eżamijiet mediċi jistgħu jsiru biex issir id-dijanjosi? U hemm kura li mhix invasiva għal ċerti kundizzjonijiet? Li wieħed jibdel l-istil ta’ ħajja, jista’ jkun parti mit-trattament? U l-apparat li nsibu llum, kemm jagħmel il-ħajja ta’ dawk il-persuni li għandhom xi kundizzjoni partikolari iktar faċli?

MARICA 02

Ta’ kull ġimgħa, Klinika, ippreżentat minn Marika Mizzi, se jibda jagħżel suġġett partikolari u jiddiskutiha fid-dettall. Nifhmu iktar xi tkun dik il-kundizzjoni u kif taffettwa lil dawk milquta.  Niltaqgħu ma’ esperti u speċjalisti fil-qasam tas-saħħa, jiġu intervistati persuni milquta minn xi kundizzjoni jew oħra li permezz tal-istorja tagħhom jaqsmu mat-telespettaturi kif qed tiġi affettwata ħajjithom.

Se nsiru nafu wkoll min huma dawk l-għaqdiet li jaħdmu dwar l-għarfien u jagħtu sapport għal dik il-kundizzjoni partikolari. U fl-aħħar nett kif wieħed jista’ jgħix ħajja aħjar u aktar komda għalkemm isofri minn ċertu mard. Studenti tal-mediċina jagħmlu forum mat-tobba preżenti dwar studji li jiltaqgħu magħhom fl-avvanz tal-mediċina.

Klinika jibda jixxandar minn Ottubru 2014, kuljum bejn is-6:30pm u s-7:00pm fuq Net Television b’ripetizzjoni l-għada filgħodu. (719)

  
Awtur Frederick Zammit