Daħla » Televiżjoni » NET » KLINIKA: Mill-20 sal-24 ta’ Ottubru

KLINIKA: Mill-20 sal-24 ta’ Ottubru

Marica Mizzi tkompli tippreżenta Klinika mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq NET fis-6.30pm
Klinika din il-ġimgha se jiddiskuti l-uġieħ tad-dahar. Il-kirurgu tal-ortopedijja Mr Joe Borg hu l-mistieden matul din il-ġimgħa. 
It-Tnejn 20 ta’ Ottubru 
CNG_5040
Naraw l-anatomija tal-ispina u x’inhu l-irwol tal-kirurgu fl-ortopedija. Ma’ Dr Franco Camilleri Vassallo nitkellmu dwar l-artrite fid-dahar.
It-Tlieta 21 ta’ Ottubru
Mr Joe Borg il-kirurgu tal-ortopedijja u Dr Ruben Depasquale li hu radjologu jitkellmu dwar l-Xray, mri u testijiiet oħra filwaqt li Dr Norbert Vella jispega xi problemi newroloġiċi jista’ jkun hemm fl-ispina tad-dahar.
L-Erbgħa 22 ta’ Ottubru
Illum se niddiskutu problemi oħra fid-dahar, trawma minn xi aċċident, infezzjonijiet u kanċer. Insemmu wkoll l-importanza ta’ lbies protettiv u x’jista’ jsir sabiex jiġu evitati inċidenti fuq il-post tax-xogħol.
CNG_5092
Il-Ħamis 23 ta’ Ottubru
Illum se niffukaw fuq it-trattamenti, prinċipalment fuq il-fiżjoterapijja flimkien mal-fiżjoterapista Anna Maria Risso li fuq il-mudell li se jkollna fl-istudjo tispjega diversi fatturi li jaffetwaw l-ispina u kif wieħed għandu jagħmel biex jevita ħsara fid-dahar.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru
L-istudenti tal-mediċina jistaqsu lil Mr Joe Borg, il-kirurgu tal-ortopedijja li kien magħna matul din il-ġimgħa, xi mistoqsijet u kurżitajjiet li żgur jinteressaw lit-telespettaturi. Niltaqgħu wkoll ma’ Mr Josef Camilleri li għadda minn esperjenza ta’ kirurġija f’dahru u kif għex din l-esperjenza.
CNG_5033 copy

(669)

  
Awtur Frederick Zammit