Daħla » Televiżjoni » NET » KLINIKA: Mit-18 sal-21 ta’ Novembru

KLINIKA: Mit-18 sal-21 ta’ Novembru

Fuq Net fis-6.30pm

Din il-ġimgħa Klinika se jittratta l-Ghajnejn. L-għajn hi organu mill aktar sofistikat u u il-vista tagħna hi waħda mill-aktar kumplessa fost il-ħlejjaq. Nistgħu nikkalkulaw id-distanzi u nosservaw oġġetti jgħaġlu. Mill viċin kapaċi naraw f’ħafna dettall. Għajnejna kapaċi jaġġustaw għad-dawl, moviment u distanza. Ħafna drabi il-vista telgħeb lis-sensi l-oħra minħabba l-ammont kbir ta’ informazzjoni dwar dak kollu li jkun hemm madwarna.

It-Tlieta:

Illum se nibdew billi ma l-oftalmologu Mr Frances Carbonaro, naraw kif inhi magħmula l-għajn, x’testijiet ta’ rutina għandhom isiru u xi tfisser meta wieħed ikun short jew long sighted. Se nitkellmu ukoll fuq il-contact lenses.

klinika 18

L-Erbgħa:

Se nkomplu niddiskutu l-għajnejn u il-vista. Nitkellmu fid-dettal dwar il-Glaucoma, problemi fir-retina bħal retina detachement u id-dijabete fl-Għajnejn.

Il-Ħamis:

Illum se niffukaw fuq il-katarretti, se naraw filmati interessanti ta kif issir operazzjoni tal-katarretti u naraw ukoll il-lentijiet permanenti li jintużaw ġewwa l-għajn għal min ikun ibati bil-katarretti.

Il-Ġimgħa:

Din hi il-ġurnata tal-forum fejn studenti jistaqsu lill Mr Carbonaro dwar il-problemi fl-Għajnejn u l-vista. Se niltaqaw ma Dr Kevin Cutajar persuna nieqsa mid-dawl u li hu attiv ħafna fill-hajja soċjali u politika.

 

 

  (631)

  
Awtur Frederick Zammit