Daħla » Ġenerali » KTIEB MIS-SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ MADONNA TAL-ĠILJU – MQABBA

KTIEB MIS-SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ MADONNA TAL-ĠILJU – MQABBA

Is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tippubblika il-45 edizzjoni tal-ktejjeb ‘Il-Fjur’. Dan il-ktejjeb jinkludi artikli ta’ nteress ġenerali kif ukoll bosta ntervisti ma’ personalitajiet Imqabbin. Fih ukoll paġna letterarja u kompetizzjoni bi premju, kif ukoll il-programm dettaljat tal-attivitajiet imħejjija għall-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, u l-Festi tal-Milied mis-Soċjeta’ u l-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni, flimkien mal-iskeda ta’ programmi fuq l-istazzjon tar-Radju ‘Tal-Ġilju FM 95.4’.
“Il-Fjur” jinkludi tagħrif dwar l-anniversarji li ser jiġu mfakkra matul is-sena 2015, kif ukoll bosta ritratti mill-attivitajiet organizzati mill-Fergħat kollha tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju. Ser ikun hemm ukoll kompetizzjoni bi premju. Il-kopertina turi arranġament b’rabta mal-Festi tal-Milied.
Kull min jixtieq kopja mingħajr ħlas, għandu jibgħat sms bid-dettalji tiegħu fuq in-numru 79853044. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

 

(586)

  
Awtur Frederick Zammit