Daħla » Ġenerali » Kunċert mill-Kor Gaulitanus: World War I in Music ( … and Words)

Kunċert mill-Kor Gaulitanus: World War I in Music ( … and Words)

Il-kor Gaulitanus se jippreżenta kunċert mhux daqstant tas-soltu, għalkemm topiku, intitolat: World War I in Music ( … and Words).

Filwaqt li jikkommemora  l-100 sena mill-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-kunċert se jiġu esegwiti bċejjeċ mużikali komposti matul din il-Gwerra l-Kbira (1914-18) u li kienu marbuta sew mal-gwerra.

Bi stili jvarjaw mill-klassiku għas-semi-klassiku u minn marċi għal valzi, ix-xogħlijiet huma ta’ kompożituri Ingliżi jew Amerikani – kemm rinomati sew bħal Edward Elgar u Irving Berlin kif ukoll inqas magħrufa bħal Alfred Solman u Gertrude Ross. Uħud mix-xogħljiet għadhom popolari ferm filwaqt li oħrajn  – minħabba diversi raġunijiet – intesew.

Bħas-soltu id-direzzjoni artistika tal-kunċert hi f’idejn is-surmast Colin Attard, li hu d-direttur-fundatur tal-kor Gaulitanus, u jieħdu sehem l-istess kor u s-solisti tiegħu Terry Shaw, Marthese Borg, Annabelle Zammit, Stephanie Portelli Sultana, Patricia Buttigieg, Josianne Callus, u Francesca Sciberras flimkien man-narratur  Rob Ricards.

Dawn se jkunu akkumpanjati bil-pjanu minn Colin Attard u Stephen Attard.

Il-kunċert se jsir fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru fis-19.30.

Dħul hu b’xejn.

  (642)

  
Awtur Frederick Zammit