Daħla » Ġenerali » KUNĊERT TAL-MILIED MILL-BANDA MADONNA TAL-ĠILJU – MQABBA

KUNĊERT TAL-MILIED MILL-BANDA MADONNA TAL-ĠILJU – MQABBA

Il-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser ittellgħa Kunċert Mużikali fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied 2013 bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju taħt id-direzzjoni tas-Surmast taghha Mro Andrew Calleja F.V.C.M.
Dan il-Kunċert ser isir nhar il-Ħadd 14 ta’ Dicembru 2014, fis-6:30pm ġewwa l-Knisja ta’ San Bażilju, binja medjevali mill-isbaħ tas-seklu sittax li tinsab wara l-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba, bis-sehem tal-Bandisti tal-Post u Allievi fi ħdan l-iskola tal-mużika tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju. Ser jindaqqu diversi siltiet mużikali sbieħ u tal-widna:-
 
O Holy Night
Bambin Iswed
Caro Gesu’ Bambino
Mistle
t
oe and Wine
Milied Malti
Joy of Christmas
Jimmy’s Chirstmas
O Ġesu’ ħelu tarbija
Christmas S
alute
 
 
Waqt din is-serata ser ikun hemm qari ta poeżiji u xogħol letterarju ieħor b’rabta mat-Twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu. Is-Serata ser tkun bil-parteċipazzjoni tas-Sopran Doreen Camilleri. Ma tmiem il-kunċert, il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħmel marċ żgħir sal-pjazza fejn tiehħu sehem fil-konklużjoni tal 14-il skeda tar-Radju tal-Komunita’ Tal-Ġilju FM 95.4. Kulħadd huwa mistieden jattendi u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com jew fuq 99463468.

(1680)

  
Awtur Frederick Zammit