Daħla » Ġenerali » Kunċert Vokali u Strumentali mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija

Kunċert Vokali u Strumentali mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija

Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se tagħmel Kunċert Vokali u Strumentali f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi nhar it-28 ta’ Ottubru, 2014 fis-7.30pm.  Dan qed isir fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-200 Sena Anniversarju mit-Twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.
Il-qliegħ kollu mid-dħul tal-kunċert se jmur għall-fond tal-Malta Community Chest Fund.
Police Band
Dan il-kunċert mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija se jittella’ bis-sehem ta’ Guest Musicians Ensemble.
Jieħdu sehem ukoll il-Pipe Band tal-Banda tal-Pulizija mmexxija mill-Pipe Major Stephan Mercieca, Ivan u Melvin mill-Grupp popolari Winter Moods, George Curmi il-Puse` u t-tifel tiegħu Bernard, is-Soprani Marita Bezzina, Joan Mangion u Ruth Sammut Casingena, kif ukoll il-kantanti Ritienne Azzopardi u Neville Refalo.
Barra minn dan hemm wkoll sorpriża mill-aqwa għall-aħħar ta’ dan il-kunċert li se jkun ippreżentat minn Moira Delia u Frank Zammit.
Police Day Valletta 12-07-14
L-ewwel parti tal-kunċert toqrob l-aktar lejn il-klassiku pero t-tieni parti aktar lejn il-Pop sabiex dejjem nolqtu l-gosti ta’ kulħadd.
Nisimgħu xogħlijiet mill-pinna ta’ Tchaikovsky, Aram Khachaturian, Giacomo Puccini, Harry Gregson-Williams, Freddie Mercury, James Scott Skinner, Richard A. Waterer, K.A. Lopez, Alex North, Thomas Bergerson, Paul McCartney, Eduardo di Capua, Ray Zammit, Ivan Grech u Joe Brown.
200th Anniversary Police Concert Valletta 28-06-14
Dan hu t-tielet kunċert minn Triloġija ta’ kunċerti li saru inkonnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-200 Sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.
L-ewwel kunċert sar f’April li għadda fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-iMdina, filwaqt li t-tieni wieħed sar fi Pjazza Teatru Rjal f’Ġunju li għadda.
200th Anniversary Police Concert Valletta 28-06-14
F’dawn iż-żewġ okkażżjonijiet il-venues imsemmija kienu litteralment ippakkjati bin-nies.  Fil-fatt hekk hu mistenni li se jerġa’ jiġri din id-darba.
Dawk kollha interessati jiksbu l-biljetti jew jixtiequ aktar informazzjoni għandhom jidħlu fis-sit www.mcc.com.mt jew ċempel fuq
21 243 840/3.
Ritratti: Stephen Busuttil

(1066)

  
Awtur Frederick Zammit