Daħla » Mużika » Eurovision » Kurt Calleja f’SAGĦTEJN FLIMKIEN: Is-Sibt 8 ta’ Novembru

Kurt Calleja f’SAGĦTEJN FLIMKIEN: Is-Sibt 8 ta’ Novembru

Fuq NET fis-2.30pm

Kurt Calleja huwa l-mistieden ta’ Hermann Bonaci u Frida Cauchi għall-edizzjoni li jmiss ta’ Sagħtejn Flimkien.

Mistiedna wkoll Fr Luke Seguna li se jwassal ir-rokna tal-ispiritwalita waqt li Sharon Abela titkellem dwar il-moda in ġenerali.

Malo Balzan b’aktar pariri dwar il-pjanti waqt li Mario Micallef jitkellem dwar id-dramm Il-Kuluri tal-Perlini li jittella’ fit-Teatru Manoel fil-jiem li ġejjin. Dan id-dramm hu bbażat fuq Imħuħ Morda ta’ Ġuże Chetcuti u ġie addattat minn Żep Camilleri.

Fil-programm ukoll Sandra Genovese li titratta l-ilbiesi waqt ir-rokna tal-moda.

  (517)

  
Awtur Frederick Zammit