Daħla » Drama » L-aħħar tliet puntati ta’ Iċ-Ċaqqufa

L-aħħar tliet puntati ta’ Iċ-Ċaqqufa

Nhar it-Tlieta 23 ta’ Settembru fid-21.00  TVM se jirrepeti l-aħħar tliet puntati mill-ewwel staġun ta’ Iċ-Ċaqqufa. Dan bi tħejjija għall-puntati l-ġodda li mbagħad jibdew ġimngħa wara, It-Tlieta 30 ta’ Settembru.

Fl-ewwel puntata tas-serata….

caqqufa3

Għaddew sitt xhur mit-tieġ. L-aħħar inċidenti biddlu totalment ħajjet Rose, Vincienne u Mikele. Iżda l-ħajja trid tkompli. Kevin jimmanuvra fl-isfond waqt li Mikele jitlob l-għajnuna ta’ Rose. Karla donnha għadha trid tpattiha lil Rose. Benna tiġġieled il-vizzju tal-alkaħol. Iżda issa m’għadhiex weħidha u għandha spalla fuq min isserraħ.

Fit-tieni puntata tas-serata….

caqqufa 2

Fil-puntata ta’ qabel tal-aħħar Rose tħejji għal-laqgħa mal-Kamra tal-kummerċ. Iżda ssib lil Kevin qed jistenniha. Karla tibda tippakkja u Ninu jmur javża lil Pawlu li se jkollu jitlaq mill-kerrejja. Rose madanakollu mhix lesta li ċċedi.

Fl-aħħar puntata tas-serata…

caqqufa4

Fil-puntata konklussiva tal-ewwel staġun Kevin jiddeċiedi li jivvendika ruħhu minn Rose. Karla u Rose jilħqu kompromess. Iżda għal-liema prezz? Mario maħsud b’dak li tagħmel Benna. Tgħid jista’ jgħinha toħroġ mill-vizzju? Jgħaddu x-xhur u Rose l-isptar… waqt li Karla tħossha rebbieħa għax fl-aħħar donnha se tieħu dak li trid.

(2022)

  
Awtur Frederick Zammit