Daħla » Drama » “L-aktar għal qalbi x-xena tal-ġriewi” – Geordie Schembri

“L-aktar għal qalbi x-xena tal-ġriewi” – Geordie Schembri

Fi ftit ta’ ġranet oħra jibda’ t-tieni staġun ta’ Iċ-Ċaqqufa bi produzzjoni ta’ Watermelon Media u kitba ta’ Pierre Portelli u Frederick Zammit. Limelightmalta.com iltaqgħet ma’ Geordie Schembri li fl-ewwel serje rajniha bħala Rose żgħira.

Geordie, is-sena l-oħra ksibt ħafna suċċess bħala Rose f’Iċ-Ċaqqufa. Kont qed tistennih dan is-suċċess?

Ma pretendejtx li ħa nkun daqshekk ta’ suċċess imma milli jidher in-nies ħabbewni ħafna u nixtieq li niringrazzjhom min qalbi.

IMG_3257

Kien hemm xi xena partikolari li ħadt gost taħdem?

Ix- xeni kollha ħadt gost naħdimhom għax kollha tgħallimt xi ħaga minnhom imma l-iktar waħda li laqtitni kienet ix-xena ta’ mal-ġriewi.

Ir-reċtar illum hu parti minn ħajtek. Pero minn kif smajna int tistudja ħafna fuq dan il-qasam hux hekk?

Iva, fil-fatt immur id-drama school kull nhar ta’ Ġimgħa li minnha nitgħallem ħafna affarijiet ġodda u bil-mod il mod qed insir aktar kunfidenti.

Fl-iskola liema huma s-suġġetti favoriti tiegħek?

Jien l iskola nħobbha ħafna għax inħobb nitgħallem affarijiet ġodda imma naħseb li l-aktar suġġetti li qegħdin għal qalbi huma l-lingwi barranin.

10668787_10205106105475922_1741121423_n

Minn Ottubru se narawk ukoll ma’ Moira Delia fil-programm Animal Diaries. X’se jkun ir-rwol tiegħek?

L-ewwel nett nixtieq niringrazzja lil Moira Delia ta’ din l-opportunita li tatni. Eħe fil-fatt l-irwol tiegħi se jkun li nippreżenta parti mill-programm jien. Animal Diaries se jibda fl-4 t’ Ottubru u se jibda jkun kull nhar ta’ Sibt fis-6.45pm fuq TVM.

Il-bogħod mill-cameras u t-televiżjoni, min hi Geordie Schembri?

Jiena tifla ta’ 11-il sena normali bħal kulħadd li barra li għandi għal qalbi d-drama nħobb ħafna l-annimali, nsegwi l-mużika moderna u nfittex ħafna informazzjoni fuq il-kompjuter kif ukoll inħobb niltaqa’ mal-ħbieb (meta jkolli ċans) :p

IMG_2807

Se nerġgħu narawk f’Iċ-Ċaqqufa?

Dak ma nistax ngħid. Arawh u tkunu tafu :p

Il-messaġġ tiegġek lil dawk kollha li segwew Iċ-Ċaqqufa…..

Nixtieq niringrazzja lil dawk kollha li segwew iċ-Ċaqqufa tas-support tagħhom. Naprezza ħafna meta twaqqfuni u tiġu tkellmuni fil-ħajja ta’ kuljum. Nixtieq niringrazzja wkoll lil Pierre Portelli li tani din l-opportunita ta’ din l-esperjenza tant u tant sabiħa. Komplu segwuh u grazzi ta kollox. (1404)

  
Awtur Frederick Zammit