Daħla » Ġenerali » L-Oskur…. mill-ħarifa fuq ONE

L-Oskur…. mill-ħarifa fuq ONE

Idħol f’dinja misterjuża flimkien mal-investigaturi professjonali tagħna u esplora dak kollu li hu moħbi f’L-Oskur. Kull nhar ta’ Tlieta se jiġu nvestigati l-aktar postijiet mwarrba f’Malta u niskopru realtajiet moħbija li jsaħħruk.

Jekk jogħġbok il-paranormal, taf b’xi postijiet li jgħidu li hemm xi entita’, jew smajt b’xi stejjer ta’ din ix-xorta, ibgħat email fuq l-oskur@treehouseentertainment.net

Jekk wieħed ma jixtieqx li jiżvela fejn qiegħed il-post jew ir-residenza, it-tim jiġi jinvestiga u jżommu l-isem tal-post kunfidenzjali.

L-Oskur: biex jitla’ fil-wiċċ dak ‘l hemm mistur.

L-Oskur jixxandar minn Ottubru fuq One Tv fid-8.45pm b’ripetizzjoni il-Hadd fl-10.30pm.

 

 

 

(858)

  
Awtur Frederick Zammit