Daħla » Mużika » Eurovision » MALTA EUROVISION: Jibdew il-vidjos mit-Tnejn 20 ta’ Ottubru

MALTA EUROVISION: Jibdew il-vidjos mit-Tnejn 20 ta’ Ottubru

Minn għada t-Tnejn TVM se jibda juri l-vidjos tal-kanzunetti parteċipanti fl-edizzjoni li jmiss tal-Malta Eurovision Song Contest.

Dawn il-vidjos se jixxandru kuljum qabel l-aħbarijiet ats-6pm kif ukoll qabel jew wara l-aħbarijiet tat-8pm.

Mhux biss iżda l-promozzjoni hi mifruxa fuq diversi programmi fejn il-kantanti se jkunu mistiedna proprju minn għada t-Tnejn 20 ta’ Ottubru fuq programmi televiżivi bħal TVAM, TVPM.

Fuq l-istazzjonijiet tar-radju tal-Public Broadcasting Services mhux se tkun qed tonqos il-promozzjoni.

Fil-fatt minn għada t-Tnejn il-kantanti se jibdew ikunu mistiedna kif ġej:

Radju Malta 1: Waqt DanUSan

Radju Malta 2: Filgħodu ma’ Frederick Zammit

Magic Malta: Breakfast SHow ma’ Carlo Borg Bonaci (716)

  
Awtur Frederick Zammit