Daħla » Televiżjoni » NET » MALTA LLEJLA: Mis-17 sal-21 ta’ Novembru

MALTA LLEJLA: Mis-17 sal-21 ta’ Novembru

It-Tnejn, 17 ta’ November

Fil-programm Malta Llejla, illum it-Tnejn 17 ta’ Novembru, jerġgħu jingħaqdu magħna Noel Farrugia – l-espert tal-ivvjaġġar tal-programm – kif ukoll Geoffrey Bezzina mill-MFSA bil-pariri finanzjarji.

Illum se jerġgħu jingħaqdu magħna uħud mill-kantanti li se jieħdu sehem fis-semifinali ta’ Eurovision Malta 2014 biex nsiru nafuhom iktar mill-qrib.

Malta Llejla bi produzzjoni ta’ Net Television u FMJ Productions, kuljum bejn il-1645 u s-1830 fuq Net Television.

 

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru

L-ewwel mistieden tal-lum hu in-nutar Luke Caruana, li bħas-soltu jtina ħafna pariri tajbin f’dan il-qasam. Se jkollna lil-pastry chef Noel Borg, rokna li diġa saret popolari ħafna, waqt li Corinne Farrugia tagħtina ftit pariri dwar il-kura tal-ġilda. Fl-aħħar parti tal-programm, jerġa jingħaqad magħna Fr Karm għall-ftit mumenti ta’ spiritwalita’

Malta Llejla bi produzzjoni ta’ Net Television u FMJ Productions, kuljum bejn il-1645 u s-1830 fuq Net Television.

 

L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru

Nancy Buhagiar terġa’ tingħaqad ma Stephanie Spiteri tul il-programm għal ħafna riċetti nteressanti u bnini. Illum jmiss lil Dr Godfrey Agius biex jtina xi pariri mediċi, waqt li llum niltaqghu mal-ġinekologu Dr Mark Cordina. Bħal kull-nhar ta’ Erbgha, fl-aħħar tal-programm Stephanie tilqa’ mistieden speċjali biex jduq l-ikel ta’ Nancy.

Ħafna mistednin, suġġetti nteressanti u kompetizzjonijiet kuljum fuq Malta Llejla, bejn il-1645 u s-1830 fuq Net Television.

 Steph 7

Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru

Fil-bidu tal-programme illum il-Ħamis, Stephanie tintroduċi r-rokna tal-annimali flimkien mal-veterinarja Dr Maria Debono.  Doreen Micallef ttina ftit pariri dwar ir-riciklaġġ, waqt li Ruth Cauchi ttina ftit informazzjoni dwar The Priests Concert. Wilfred Kenely jkellimna dwar riċerka li qiegħed jsir dwar id-dijabete. Fl-aħħar parti tal-programm bħas-soltu jingħaqad magħna Dr Anton Grech li jkellimna dwar is-saħħa mentali.

Malta Llejla bi produzzjoni ta’ Net Television u FMJ Productions, kuljum bejn il-1645 u s-1830 fuq Net Television.

 

Il-Gimgħa, 21 ta’ Novembru

Bħal kull nhar ta’ Ġimgħa, ma Stephanie Spiteri jingħaqdu Noelene Miggiani u Marisa Grima – il-Fashion Gagas – għal siegħa u nofs ta’ diskussjoni dwar moda u hafna suġġetti nteressanti ohra.

Fost il-mistednin tal-programm tal-lum, naraw l-istilista tax-xagħar Gordon Mayo.

Logħob mat-telespettaturi permezz tat-telefon u Facebook, ħafna premjijiet x’jintrebħu u diversi affarijiet oħra fuq Malta Llejla, bi produzzjoni ta’ FMJ Productions u Net Television

  (785)

  
Awtur Frederick Zammit