Daħla » Kotba » MEANDER ARTI U KULTURA: 11 ta’ Novembru

MEANDER ARTI U KULTURA: 11 ta’ Novembru

Fid-20:40 fuq NET TV

Din il-ġimgħa jieħu dehra letterarja, b’ħarsa lejn pubblikazzjonijiet ġodda fjamanti ta’ Kite Group u l-Fondazzjoni Patrimonju Malti.

Kotba dwar avvenimenti mill-istorja moderna ta’ Malta b’intervista ma’ Dr. Lawrence Gonzi, dwar it-tieni edizzjoni tal-ktieb Gonzi, Recollections of a Premier.

Prog 7 still 1

 

Daħk u Terrur fil-kotba.  Nidħku Bina Innfusna, anedotti irrakkontati minn Dr. Tonio Borg u b’karikaturi ta’ Mark Schembri,  u terroriżmu internazzjonali li miss lil Malta, b’riċerka ta’ Dr. Joe Mifsud u kitba ta’ Martin Bugelli.

Il-Festschrift lil Maurice Degiorgio, ktieb li jagħmel ġieh lil dan il-bniedem ewlieni fil-qasam tal-arti u l-kultura f pajjiżna, u kotba ġodda oħra.

Pajsaġġi li juru aktar minn sempliċi xena, fl-arti ta’ Mary Depiro, il-European Film Festival, l-edizzjoni ta’ din is-sena, mużew ġdid f’Pariġi, analiżi u diskussjoni u mistiedna speċjali.

Prog 7 still 2 (1)

Dan kollu u aktar f’Meander Arti u Kultura, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’Mariella Pisani Bencini, b’ripetizzjoni is-Sibt fl-22:00. (479)

  
Awtur Frederick Zammit