Daħla » Kultura » MEANDER, ARTI U KULTURA: It-Tlieta 18 ta’ Novembru

MEANDER, ARTI U KULTURA: It-Tlieta 18 ta’ Novembru

Fid-20:40 fuq NET

Din il-ġimgħa Meander jiftaħ bi żjara f’Palazzo Falson, l-Imdina fejn nidħlu fis-sala tal-pranzu u  nitkellmu dwar  il-fidded, pitturi u għamara li jżejnuha.

L-artisti  barranin li jagħżlu li jgħixu u jaħdmu hawn Malta, u llum niltaqgħu ma’ Marianne Stratton Ogden, artista Amerikana bi storja tagħha.

Prog 8 - pix 1

 

X’qed jiġri barra minn Malta, jeħodna Londra u l-comeback li se jagħmel il-kantant leġġenda Cat Stevens.

Wirja kollettiva ta’ arti, b’aktar minn 150 biċċa xogħol, Unity in Strength, fil-Cavalieri Art Hotel.

Il-wirja/fiera taċ-ċeramika għand is-Sależjani Tas-Sliema, il-flamenco, Mattia Preti, analiżi u diskussjoni u mistiedna speċjali.

Dan kollu u aktar f’Meander Arti u Kultura, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Mariella Pisani Bencini, b’ripetizzjoni is-Sibt fl-22:00. (625)

  
Awtur Frederick Zammit