Daħla » Drama » MIDINBIN: Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru

MIDINBIN: Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru

Fuq ONE, fit-8.30pm

Issa li dawk iż-żewġ ġuvintur inqabdu, jidher li kollox mar lura għan-normal.  Imma l-inkwiet għal Nick u, allura, għal Lisa u l-familja spiċċa?  U, meta Lisa tara lil Philip u Adam jargumentaw ħdejn id-dar, x’se taħseb?

Veru li Adam reġa’ għall-ħajja l-antika?  Kif se jikkonvinċiha lil Lisa, Adam, li bejnu u bejn Philip m’hemm xejn?  Imma veru m’hemm xejn?  Sadattant, Pietru qed jevita li jiltaqa’ ma’ Alice.

Għaliex ma jridx jgħid xejn dwarha lanqas lil Dun Gwann?  Xi tfisser Alice għal Pietru?  Krista l-isptar tidher sejra lura.  Spiċċat it-tama li xi darba tfieq?

U għaliex, wara incident li jinvolvi lil Nick, l-iSpettur qisu qed jaħseb ħażin f’Adam?

Xi ħtija għandu Adam? (1041)

  
Awtur Frederick Zammit